Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0536

    Kawża C-536/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Mejju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – “Gazprom” OAO (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Kamp ta’ applikazzjoni — Arbitraġġ — Esklużjoni — Rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ barranin — Ordni minn tribunal tal-arbitraġġ li jinsab fi Stat Membru — Ordni intiża li twaqqaf it-tressiq jew it-tkomplija ta’ proċedura quddiem qorti ta’ Stat Membru ieħor — Dritt tal-qrati ta’ Stat Membru li jirrifjutaw ir rikonoxximent tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ — Konvenzjoni ta’ New York)

    ĠU C 236, 20.7.2015, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.7.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 236/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Mejju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – “Gazprom” OAO

    (Kawża C-536/13) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Kamp ta’ applikazzjoni - Arbitraġġ - Esklużjoni - Rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ barranin - Ordni minn tribunal tal-arbitraġġ li jinsab fi Stat Membru - Ordni intiża li twaqqaf it-tressiq jew it-tkomplija ta’ proċedura quddiem qorti ta’ Stat Membru ieħor - Dritt tal-qrati ta’ Stat Membru li jirrifjutaw ir rikonoxximent tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ - Konvenzjoni ta’ New York))

    (2015/C 236/10)

    Lingwa tal-kawża: il-Litwan

    Qorti tar-rinviju

    Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti:“Gazprom” OAO

    fil-preżenza ta: Lietuvos Respublika

    Dispożittiv

    Ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 tal-Kunsill, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, la li qorti ta’ Stat Membru tirrikonoxxi u teżegwixxi, u lanqas li tirrifjuta li tirrikonoxxi u li teżegwixxi, deċiżjoni ta’ arbitraġġ li tipprojbixxi lil parti milli tippreżenta ċerti talbiet quddiem qorti ta’ dan l-Istat Membru, peress li dan ir-regolament ma jirregolax ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni, fi Stat Membru, ta’ deċiżjoni ta’ arbitraġġ mogħtija minn tribunal tal-arbitraġġ fi Stat Membru ieħor.


    (1)  ĠU C 377, 21.12.2013.


    Top