Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0418

    Kawża T-418/12: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Settembru 2012 — Beninca vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 366, 24.11.2012, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.11.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 366/36


    Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2012 — Beninca vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-418/12)

    2012/C 366/74

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Jürgen Beninca (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Zschocke, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 2012, li tirrifjuta b’mod impliċitu l-aċċess għal dokument prodott fil-kuntest ta’ operazzjoni ta’ konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6166 — NYSE Euronext vs Deutsche Börse); u

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

    (1)

    L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma adottatx deċiżjoni fuq it-talba tar-rikorrent għal aċċess għal dokument speċifiku fit-terminu previst mill-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 (1). Skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament, dan jikkostitwixxi deċiżjoni impliċita negattiva u mhux ġustifikata u għaldaqstant jikkostitwixxi ksur tad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar l-aċċess għal dokumenti.

    (2)

    It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-ebda wieħed mill-argumenti mressqa mill-Kummissjoni, fl-evalwazzjoni preliminari tagħha, ma jiġġustifika r-rifjut li jingħata aċċess lir-rikorrent għad-dokument mitlub.


    (1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331)


    Top