Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FA0098

    Kawża F-98/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat- 23 ta’ Ottubru 2013 — Verstreken vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2008 — Proċedura ta’ promozzjoni 2009 — Deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix promossa — Motivazzjoni — Motivazzjoni ġenerali u stereotipata)

    ĠU C 352, 30.11.2013, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.11.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 352/25


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-23 ta’ Ottubru 2013 — Verstreken vs Il-Kunsill

    (Kawża F-98/12) (1)

    (Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2008 - Proċedura ta’ promozzjoni 2009 - Deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix promossa - Motivazzjoni - Motivazzjoni ġenerali u stereotipata)

    2013/C 352/48

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Kathleen Verstreken (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, S. Orlandi, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u A. Bisch, aġenti)

    Suġġett

    Talba sabiex jiġu annullati d-deċiżjonijiet li r-rikorrenti ma tiġix promossa għall-grad AD12 fil-proċeduri ta’ promozzjoni 2008 u 2009.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tas-7 ta’ Novembru 2011, li Kathleen Verstreken ma tiġix promossa fil-proċeduri ta’ promozzjoni 2008 u 2009 hija annullata.

    (2)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn Kathleen Verstreken.


    (1)  ĠU C 343, 10.11.2012, p. 24.


    Top