This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TN0601
Case T-601/11: Action brought on 30 November 2011 — Dansk Automat Brancheforening v Commission
Kawża T-601/11: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ Novembru 2011 — Dansk Automat Brancheforening vs Il-Kummissjoni
Kawża T-601/11: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ Novembru 2011 — Dansk Automat Brancheforening vs Il-Kummissjoni
ĠU C 25, 28.1.2012, p. 63–64
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 25/63 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2011 — Dansk Automat Brancheforening vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-601/11)
(2012/C 25/121)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Partijiet
Rikorrenti: Dansk Automat Brancheforening (Fredericia, id-Danimarka) (rappreżentanti: K. Dyekjær, T. Høg u J. Flodgaard)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Settembru 2010 fil-Każ C 35/2010 (ex N 302/2010) fuq il-ġbir ta’ taxxi fuq il-logħob online li r-Renju tad-Danimarka għandu l-għan li jistabbilixxi permezz tal-liġi fuq il-ġbir ta’ taxxi fuq il-logħob online u mħatri; |
— |
tikkonstata l-invalidità tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Settembru 2010 fil-Każ C 35/2010 (ex N 302/2010) fuq il-ġbir ta’ taxxi fuq il-logħob online li r-Renju tad-Danimarka għandu l-għan li jistabbilixxi permezz tal-liġi fuq il-ġbir ta’ taxxi fuq il-logħob online u mħatri, inkwantu dan jikkonstata li din il-miżura hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
(1) |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata
|
(2) |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-garanziji proċedurali
|
(3) |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq abbuż ta’ dritt
|
(4) |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq eċċess ta’ poter
|
(5) |
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità
|