Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0519

    Kawża T-519/11 P: Appell ippreżentat fid- 29 ta’ Settembru 2011 minn Sandro Gozi mis-sentenza mogħtija fl- 20 ta’ Lulju 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-116/10, Gozi vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 347, 26.11.2011, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.11.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 347/41


    Appell ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2011 minn Sandro Gozi mis-sentenza mogħtija fl-20 ta’ Lulju 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-116/10, Gozi vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-519/11 P)

    2011/C 347/73

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Appellant: Sandro Gozi (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: G. Passalacqua u G. Calcerano, avukati)

    Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla id-deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali Riżorsi umani u sigurtà — Direttorat D prot. HR.D.2/MB/dh Ares (2010) — Y96 985 tas-6 ta’ Awwissu 2010.

    taċċerta u tiddikjara d-dritt ta’ S. Gozi għar-rimbors tal-ispejjeż legali, u b’konsegwenza ta’ dan tordna l-ħlas tas-somma ta’ EUR 24 480,00, u tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Dan l-appell qed isir mid-deċiżjoni li biha l-appellata rrifjutat ir-rimbors tas-somma ta’ EUR 24 480 għall-ispejjeż legali sostnuti mill-appellant fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja fl-Italja,

    Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant invoka aggravju wieħed, ibbażat fuq il-fatt li s-sentenza li hija s-suġġett ta’ dan l-appell hija żbaljata fil-liġi u hija vvizzjata f’punti varji minn motivazzjoni manifestament kontradittorja, peress li tmur kontra l-loġika u d-diċitura tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal, u tmur kontra l-ġurisprudenza, li hija stess tirreferi għaliha u konstatazzjonijiet fattwali dwar il-proċedimenti quddiem il-Kummissjoni.


    Top