This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TN0214
Case T-214/11: Action brought on 11 April 2011 — ClientEarth and PAN Europe v EFSA
Kawża T-214/11: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ April 2011 — ClientEarth u PAN Europe vs EFSA
Kawża T-214/11: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ April 2011 — ClientEarth u PAN Europe vs EFSA
ĠU C 179, 18.6.2011, p. 18–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 179/18 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2011 — ClientEarth u PAN Europe vs EFSA
(Kawża T-214/11)
2011/C 179/32
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit) u Pesticides Action Network Europe (PAN Europe) (Brussel, il-Belġju) (rappreżentant: P. Kirch, avukat)
Konvenuta: Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
Tiddikjara li l-konvenuta kisret il-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali; |
— |
Tiddikjara li l-konvenuta kisret ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 (1); |
— |
Tiddikjara li l-konvenuta kisret ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (2); |
— |
Tannulla r-risposta negattiva li permezz tagħha l-konvenuta rrifjutat li tagħti d-dokumenti mitluba; u |
— |
Tordna lill-konvenuta tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti, inklużi l-ispejjeż ta’ kwalunkwe parti intervenjenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti qed jitolbu, skont l-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tar-risposta negattiva tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għat-talba tagħhom sabiex jingħataw aċċess għal xi dokumenti, li b’hekk irrifjutat li tagħtihom abozzi intermedjarji u l-pariri xjentifiċi tal-Kumitat ad hoc fuq il-Pestiċidi (KP) u l-Panel dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u r-residwi tagħhom (PPR) fir-rigward tal-Gwida dwar is-sottomissjoni ta’ dokumentazzjoni xjentifika aċċessibbli riveduta minn esperti għall-approvazzjoni ta’ sustanzi attivi tal-pestiċidi skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (3).
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.
(1) |
L-ewwel motiv jallega li li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikoli 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 billi ma ngħatax risposta fit-terminu preskritt għall-applikazzjoni konfermatorja tar-rikorrenti u ma ngħatawx raġunijiet dettaljati għal dan. |
(2) |
It-tieni motiv jallega li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 4(1), (2), (3) u (4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali billi r-rikorrenti ma ngħatawx aċċess għall-abbozzi u l-pariri xjentifiċi dwar il-Gwida tal-EFSA mitluba. Id-deċiżjoni kkontestata tikser ukoll l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 billi l-eċċezzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru1049/2001 ma ġewx interpretati b’mod restrittiv. |
(3) |
It-tielet motiv jallega li d-deċiżjoni kkontestata tikser it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 billi ma ntweriex li l-iżvelar tad-dokumenti mitluba jdgħajjef serjament it-teħid tad-deċiżjonijiet interni tal-EFSA, b’mod partikolari wara li d-deċiżjoni ttieħdet. |
(4) |
Ir-raba’ motiv jallega li d-deċiżjoni kkontestata tikser it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 billi ma ġiex evalwat jekk hemmx interess pubbliku ikbar fl-iżvelar tiegħu u ma ngħatax dikjarazzjoni dettaljata bir-raġunijiet għal dan ir-rifjut. |
(1) Regolament (KE) Nru 1367/2006, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, p. 13).
(2) Regolament (KE) Nru 1049/2001, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).
(3) Regolament (KE) Nru 1107/2009, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ottubru 2009, dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU 2009 L 309, p. 1)