Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TB0471

    Kawża T-471/11 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal- 24 ta’ Novembru 2011 — Éditions Jacob vs Il-Kummissjoni ( “Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kompetizzjoni — Konċentrazzjoni ta’ impriżi — Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni bil-kundizzjoni ta’ ċessjonijiet mill-ġdid tal-assi — Annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni inizjali li tikkonċerna l-approvazzjoni, mill-Kummissjoni, tal-akkwirent tal-assi ċeduti mill-ġdid — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni ġdida tal-istess akkwirent — Nuqqas ta’ urġenza — Ibbilanċjar tal-interessi” )

    ĠU C 25, 28.1.2012, p. 52–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.1.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 25/52


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2011 — Éditions Jacob vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-471/11 R)

    (Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Konċentrazzjoni ta’ impriżi - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni bil-kundizzjoni ta’ ċessjonijiet mill-ġdid tal-assi - Annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni inizjali li tikkonċerna l-approvazzjoni, mill-Kummissjoni, tal-akkwirent tal-assi ċeduti mill-ġdid - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni ġdida tal-istess akkwirent - Nuqqas ta’ urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi)

    (2012/C 25/103)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Éditions Odile Jacob SAS (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: O. Fréget, M. Struys u L. Eskenazi, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, O. Beynet u S. Noë, aġenti)

    Suġġett

    Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 3503, tat-13 ta’ Mejju 2011, dwar l-approvazzjoni ta’ Wendel Investissement SA bħala akkwirent tal-assi ċeduti mill-ġdid skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/422/KE, tas-7 ta’ Jannar 2004, li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (Każ COMP/M.2978 — Lagardère/Natexis/VUP),

    Dispożittiv

    (1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    (2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top