Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0010

    Kawża T-10/11 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 29 ta’ Novembru 2011 — Birkhoff vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Allowances tal-familja — Allowance għal wild dipendenti — Wild milqut minn diżabbiltà li timpedih milli jipprovdi għall-bżonnijiet tiegħu — Rifjut ta’ proroga tal-ħlas tal-allowance)

    ĠU C 25, 28.1.2012, p. 51–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.1.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 25/51


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2011 — Birkhoff vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-10/11 P) (1)

    (Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Allowances tal-familja - Allowance għal wild dipendenti - Wild milqut minn diżabbiltà li timpedih milli jipprovdi għall-bżonnijiet tiegħu - Rifjut ta’ proroga tal-ħlas tal-allowance)

    (2012/C 25/98)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Appellanti: Gerhard Birkhoff (Weitnau, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Inzillo, avukat)

    Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2010, Birkhoff vs Il-Kummissjoni (F-60/09, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

    Dispożittiv

    (1)

    Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2010, Birkhoff vs Il-Kummissjoni (F-60/09, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), hija annullata.

    (2)

    Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

    (3)

    L-ispejjeż huma riżervati.


    (1)  ĠU C 55, 19.02.2011.


    Top