Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0544

    Kawża C-544/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Rheinland-Pfalz (il-Ġermanja) fl- 24 ta’ Ottubru 2011 — Helga Petersen, Peter Petersen vs Finanzamt Ludwigshafen

    ĠU C 25, 28.1.2012, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.1.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 25/31


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Rheinland-Pfalz (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Ottubru 2011 — Helga Petersen, Peter Petersen vs Finanzamt Ludwigshafen

    (Kawża C-544/11)

    (2012/C 25/57)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Finanzgericht Rheinland-Pfalz

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Helga Petersen, Peter Petersen

    Konvenut: Finanzamt Ludwigshafen

    Domanda preliminari

    Dispożizzjoni fiskali, li tipprevedi eżenzjoni mit-taxxa fuq dħul ta’ persuna taxxabbli, residenti fi Stat u suġġetta għat-taxxa fuq id-dħul kollu tagħha, minn attivitajiet li ma humiex indipendenti kemm-il darba l-persuna li timpjega tkun ukoll stabbilita f’dan l-Istat, iżda mhux jekk il-persuna li timpjega tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni, hija kompatibbli mal-Artikolu 49 KE (fil-verżjoni tiegħu li toħroġ mit-Trattat ta’ Nice tas-26 ta’ Frar 2001, li sar l-Artikolu 56 TFUE)?


    Top