Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CB0372

Kawża C-372/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat- 12 ta’ Lulju 2012 — Power-One Italy SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Proġett kofinanzjat bl-istrument finanzjarju “LIFE” — Żvilupp ta’ sistema ġdida ta’ provvista ta’ enerġija għal użu fit-telefonija mobbli (proġett “Pneuma” ) — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li jintemm proġett u li jiġi rkuprat il-ħlas magħmul bil-quddiem — Kumpens għad-dannu allegatament subit)

ĠU C 366, 24.11.2012, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/19


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Lulju 2012 — Power-One Italy SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-372/11 P) (1)

(Appell - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Proġett kofinanzjat bl-istrument finanzjarju “LIFE” - Żvilupp ta’ sistema ġdida ta’ provvista ta’ enerġija għal użu fit-telefonija mobbli (proġett “Pneuma”) - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li jintemm proġett u li jiġi rkuprat il-ħlas magħmul bil-quddiem - Kumpens għad-dannu allegatament subit)

2012/C 366/31

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Power-One Italy SpA (rappreżentanti: R. Giuffrida u A. Giussani avukati

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u D. Recchia, aġenti)

Suġġett

Appell mid-Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-24 ta’ Mejju 2011, Power-One Italy vs Il-Kummissjoni (T-489/08), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li jintemm il-proġett Pneuma (LIFE04 ENV/IT/000595), intiż għall-kofinanzjament tal-iżvilupp ta’ sistema ġdida ta’ provvista ta’ enerġija għall-użu fit-telefonija mobbli — Aspettativi leġittimi — Obbligu ta’ motivazzjoni

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Power-One Italy SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 282, 24.09.2011


Top