This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CA0669
Case C-669/11: Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 4 October 2012 (reference for a preliminary ruling from the Conseil d’État — France) — ED & F Man Alcohols v Office national interprofessionnel des fruits, des légumes, des vins et de l'horticulture (Viniflhor) (Protection of the financial interests of the European Union — Regulation (EC, Euratom) No 2988/95 — Scope ratione materiae — Meaning of ‘detriment to the financial interests of the European Union’ — Individual invitation to tender for the export of vinous alcohol held by intervention agencies — Export of quantities of alcohol outside the European Union after the expiry of the prescribed time-limit — Retention of the performance guarantee — Administrative measures — Administrative penalties — Regulation (EC) No 360/95 — Regulation (EC) No 1623/2000 — Retroactive application of less severe penalty)
Kawża C-669/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal- 4 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Société ED u F Man Alcohols vs Office national interprofessionnel des fruits, des légumes, des vins et de l’horticulture (Viniflhor) (Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni — Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 — Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae — Kunċett ta’ “preġudizzju għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni” — Sejħa individwali għal offerta għall-esportazzjoni ta’ alkoħol li joriġina mill-inbid fil-pussess tal-aġenziji ta’ intervent — Esportazzjoni ta’ lottijiet ta’ alkoħol barra l-Unjoni wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit — Żamma tal-garanzija ta’ eżekuzzjoni tajba — Miżuri amministrattivi — Sanzjonijiet amministrattivi — Regolament (KE) Nru 360/95 — Regolament (KE) Nru 1623/2000 — Applikazzjoni retroattiva tas-sanzjoni l-inqas ħarxa)
Kawża C-669/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal- 4 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Société ED u F Man Alcohols vs Office national interprofessionnel des fruits, des légumes, des vins et de l’horticulture (Viniflhor) (Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni — Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 — Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae — Kunċett ta’ “preġudizzju għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni” — Sejħa individwali għal offerta għall-esportazzjoni ta’ alkoħol li joriġina mill-inbid fil-pussess tal-aġenziji ta’ intervent — Esportazzjoni ta’ lottijiet ta’ alkoħol barra l-Unjoni wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit — Żamma tal-garanzija ta’ eżekuzzjoni tajba — Miżuri amministrattivi — Sanzjonijiet amministrattivi — Regolament (KE) Nru 360/95 — Regolament (KE) Nru 1623/2000 — Applikazzjoni retroattiva tas-sanzjoni l-inqas ħarxa)
ĠU C 366, 24.11.2012, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/17 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Société ED u F Man Alcohols vs Office national interprofessionnel des fruits, des légumes, des vins et de l’horticulture (Viniflhor)
(Kawża C-669/11) (1)
(Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni - Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae - Kunċett ta’ “preġudizzju għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni” - Sejħa individwali għal offerta għall-esportazzjoni ta’ alkoħol li joriġina mill-inbid fil-pussess tal-aġenziji ta’ intervent - Esportazzjoni ta’ lottijiet ta’ alkoħol barra l-Unjoni wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit - Żamma tal-garanzija ta’ eżekuzzjoni tajba - Miżuri amministrattivi - Sanzjonijiet amministrattivi - Regolament (KE) Nru 360/95 - Regolament (KE) Nru 1623/2000 - Applikazzjoni retroattiva tas-sanzjoni l-inqas ħarxa)
2012/C 366/28
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Société ED u F Man Alcohols
Konvenut: Office national interprofessionnel des fruits, des légumes, des vins et de l’horticulture (Viniflhor)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d’État — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 360/95, tat-22 ta’ Frar 1995, li jippermetti l-bejgħ individwali permezz ta’ sejħiet għal offerti għall-esportazzjoni ta’ alkoħol li joriġina mill-inbid fil-pussess tal-aġenziji ta’ intervent (ĠU L 41, p. 14), tal-Artikolu 91(12) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1623/2000, tal-25 ta’ Lulju 2000, li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 30, p. 182), tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340), kif ukoll tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 377/93, tat-12 ta’ Frar 1993, li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implementazzjoni dwar id-distribuzzjoni u bejgħ tal-alkoħol miksub permezz tad-distillazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 35, 36 u 39 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 822/87 u fil-pussess tal-aġenziji ta’ intervent (ĠU L 43, p. 6) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 220/85, tat-22 ta’ Lulju 1985, li jistabilixxi r-regoli komuni ddettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-garanziji għall-prodotti agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 6, p. 186) — Bejgħ individwali permezz ta’ sejħiet għal offerti għall-esportazzjoni ta’ alkoħol li joriġina mill-inbid fil-pussess ta’ aġenziji ta’ intervent bil-għan ta’ użu finali fis-settur tal-karburanti — Skadenza tat-terminu ta’ esportazzjoni mill-persuna li tkun rebħet il-kuntratt — Sanzjonijiet amministrattivi jew miżuri ta’ natura oħra — Nuqqas li jista’ jikkawża dannu lill-baġit tal-Unjoni
Dispożittiv
(1) |
Il-ksur minn operatur tat-terminu ta’ esportazzjoni previst għall-kwantitajiet ta’ alkoħol li huwa kiseb fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħiet għal offerti organizzata mill-Kummissjoni Ewropea, bħal dik irregolata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 360/95, tat-22 ta’ Frar 1995, li jippermetti l-bejgħ individwali permezz ta’ sejħiet għal offerti għall-esportazzjoni ta’ alkoħol li joriġina mill-inbid fil-pussess tal-aġenziji ta’ intervent, jikkostitwixxi “irregolarità” fis-sens tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea. |
(2) |
It-telf totali jew parzjali ta’ garanzija ta’ eżekuzzjoni tajba, bħal dik prevista fl-Artikolu 5(5) tar-Regolament Nru 360/95, jew ta’ garanzija intiża li tiżgura esportazzjoni fit-termini stabbiliti, bħal dik prevista fl-Artikolu 91(12) tar- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1623/2000, tal-25 ta’ Lulju 2000, li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq, jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “penali amministrattivi” fis-sens tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 2988/95. |
(3) |
Fiċ-ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, l-Artikolu 5(5) tar-Regolament Nru 360/95 jikkostitwixxi l-bażi legali neċessarja għall-finijiet li jimponi sanzjoni li tikkonsisti fit-telf totali jew parzjali ta’ garanzija ta’ eżekuzzjoni tajba. |
(4) |
Fiċ-ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, l-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 2988/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li, bl-għan li jiġi ssanzjonat in-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu stabbilit sabiex titwettaq l-esportazzjoni lejn il-Brażil ta’ kwantitajiet ta’ alkoħol miksubin permezz ta’ sejħa għall-offerta fl-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 360/95, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom japplikaw is-sanzjoni prevista fl-Artikolu 5(5) ta’ dan l-aħħar regolament, u mhux dik prevista fl-Artikolu 91(12) tar-Regolament Nru 1623/2000. |