Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0391

    Kawża C-391/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal- 4 ta’ Ottubru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2000/53/KE — Artikolu 2(3) — Protezzjoni tal-ambjent — Vetturi li ma għadhomx jintużaw — Kunċett ta’ produttur)

    ĠU C 366, 24.11.2012, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.11.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 366/14


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

    (Kawża C-391/11) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2000/53/KE - Artikolu 2(3) - Protezzjoni tal-ambjent - Vetturi li ma għadhomx jintużaw - Kunċett ta’ produttur)

    2012/C 366/23

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Marghelis u M. Patakia, aġenti)

    Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet u T. Materne, aġenti)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-termini previsti, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1) u (3) u tal-Artikolu 5(1), (2) u (4) tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Settembru 2000, dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 224) — Kunċetti ta’ “vettura” u ta’ “produttur” — Natura gratwita tal-konsenja tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw suġġetta għal kundizzjonijiet mhux stabbiliti mid-direttiva

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Il-Kummissjoni Ewropea u r-Renju tal-Belġju għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


    (1)  ĠU C 305 15.10.2011.


    Top