Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CB0560

    Kawża C-560/10 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat- 13 ta’ Ottubru 2011 — Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Ġestjoni u manutenzjoni tal-portal “L-Ewropa tiegħek” — Ċaħda tal-offerta — Regolamenti (KE, Euratom) Nri 1605/2002 u 2342/2002 — Kopja sħiħa tar-rapport ta’ evalwazzjoni — Prinċipj ta’ trasparenza u ta’ trattament ugwali — Drittijiet għal amministrazzjoni tajba u għal smigħ xieraq — Żbalji ta’ liġi — Żnaturament tal-provi — Inammissibbiltà manifesta — Aggravju manifestament infondat)

    ĠU C 73, 10.3.2012, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.3.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 73/9


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Ottubru 2011 — Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-560/10 P) (1)

    (Appell - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Ġestjoni u manutenzjoni tal-portal “L-Ewropa tiegħek” - Ċaħda tal-offerta - Regolamenti (KE, Euratom) Nri 1605/2002 u 2342/2002 - Kopja sħiħa tar-rapport ta’ evalwazzjoni - Prinċipj ta’ trasparenza u ta’ trattament ugwali - Drittijiet għal amministrazzjoni tajba u għal smigħ xieraq - Żbalji ta’ liġi - Żnaturament tal-provi - Inammissibbiltà manifesta - Aggravju manifestament infondat)

    2012/C 73/14

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentant: N. Korogiannakis, dikigoros)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u N. Bambara, aġenti)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Settembru 2010 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (T-300/07) li tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Lulju 2007, li tiċħad l-offerta magħmula minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE fil-kuntest tas-sejħa għal offerti ENTR/05/78, għal-lott Nru 2 (ġestjoni tal-infrastrutturi), għall-ġestjoni u għall-manutenzjoni tal-portal “L-Ewropa tiegħek”, u li tagħti dan il-kuntratt lil offerent ieħor

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud.

    (2)

    Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  GU C 72, 05.03.2011


    Top