Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0587

Kawża C-587/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tas- 27 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Vogtländische Straßen-, Tief- und Rohrleitungsbau GmbH Rodewisch (VSTR) vs Finanzamt Plauen (Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud — Kunsinna ta’ oġġetti — Taxxa ta’ serje ta’ tranżazzjonijiet — Rifjut tal-eżenzjoni għal nuqqas ta’ numru ta’ reġistrazzjoni tal-VAT tal-akkwirent)

ĠU C 366, 24.11.2012, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Vogtländische Straßen-, Tief- und Rohrleitungsbau GmbH Rodewisch (VSTR) vs Finanzamt Plauen

(Kawża C-587/10) (1)

(Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Kunsinna ta’ oġġetti - Taxxa ta’ serje ta’ tranżazzjonijiet - Rifjut tal-eżenzjoni għal nuqqas ta’ numru ta’ reġistrazzjoni tal-VAT tal-akkwirent)

2012/C 366/14

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vogtländische Straßen-, Tief- und Rohrleitungsbau GmbH Rodewisch (VSTR)

Konvenuta: Finanzamt Plauen

fil-preżenza ta’:Bundesministerium der Finanzen

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Budesfinanzhof — Interpretazzjoni tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Kunsinna ta’ oġġetti — Taxxa ta’ serje ta’ tranżazzjonijiet — Xiri ta’ merkanzija minn impriża stabbilita fi Stat Membru mingħand impriża oħra stabbilita fi Stat terz, u mhux irreġistrata mal-VAT, li tipprovdi lil impriża stabbilita fi Stat Membru ieħor, il-merkanzija li ntbagħtet direttament mill-fornitur lill-impriża akkwirenti — Sitwazzjoni fejn il-fornitur jippreżenta n-numru tal-VAT tal-akkwirent

Dispożittiv

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28c(A)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 98/80/KE, tat-12 ta’ Ottubru 1998, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li l-amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru tissuġġetta l-eżenzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud ta’ kunsinna intra-Komunitarju għall-fatt li l-fornitur jibgħat in-numru ta’ reġistrazzjoni tat-taxxa fuq mil-valur miżjud, b’riżerva, madankollu, li r-rifjut ta’ għoti tal-benefiċċju ta’ din l-eżenzjoni ma tkunx opposta għar-raġuni biss li dan l-obbligu ma ġiex osservat meta l-fornitur ma jistax, bi bona fide, u wara li ħa l-miżuri kollha li jistgħu jkunu raġonevolment rikjesti minnu, jibgħat dan in-numru ta’ reġistrazzjoni u barra minn hekk jibgħat indikazzjonijiet li juru b’mod adegwat li l-akkwirent huwa persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali fit-tranżazzjoni inkwistjoni.


(1)  ĠU C 80, 12.03.2011.


Top