Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0505

    Kawża C-505/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 10 ta’ Novembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Højesteret — id-Danimarka) — Partrederiet Sea Fighter vs Skatteministeriet ( “Direttiva 92/81/KEE — Dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali — Eżenzjoni — Kunċett ta’ ‘navigazzjoni’ — Karburant użat għal gaffa installata fuq bastiment li taħdem indipendentement mill-magna ta’ dan il-bastiment” )

    ĠU C 25, 28.1.2012, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.1.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 25/19


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Novembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Højesteret — id-Danimarka) — Partrederiet Sea Fighter vs Skatteministeriet

    (Kawża C-505/10) (1)

    (Direttiva 92/81/KEE - Dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali - Eżenzjoni - Kunċett ta’ ‘navigazzjoni’ - Karburant użat għal gaffa installata fuq bastiment li taħdem indipendentement mill-magna ta’ dan il-bastiment)

    (2012/C 25/31)

    Lingwa tal-kawża: id-Daniż

    Qorti tar-rinviju

    Højesteret

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Partrederiet Sea Fighter

    Konvenut: Skatteministeriet

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Højesteret — Interpretazzjoni tal-Artikolu 8(1)(c) tad Direttiva tal-Kunsill 92/81/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tad-dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179) — Eżenzjoni taż żjut minerali użati bħala karburant għan-navigazzjoni — Kunċett ta’ “għan navigazzjoni” — Żjut minerali użati bħala karburant għal gaffa mwaħħla fuq biċċa tal-baħar iżda li għandha l-magna u t-tank taż-żejt tagħha u b’hekk taħdem indipendentement mill-magna ta’ propulsjoni tad-dgħajsa

    Dispożittiv

    L-Artikolu 8(1)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/81/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tad-dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 94/74/KE, tat-22 ta’ Diċembru 1994, għandu jiġi interpretat fis-sens li ż-żjut minerali pprovduti sabiex jintużaw f’gaffa li hija installata fuq bastiment b’mod permanenti, li iżda, minħabba li għandha magna u tank tal-karburant awtonomi, taħdem b’mod indipendenti mill-magna ta’ propulsjoni tal-bastiment, ma humiex eżentati mid-dazji tas-sisa


    (1)  ĠU C 13, 15.01.2011


    Top