EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0218

Kawża C-218/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas- 26 ta’ Jannar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) — ADV Allround Vermittlungs AG, fi stralċ vs Finanzamt Hamburg-Bergedorf (VAT — Sitt Direttiva — Artikoli 9, 17 u 18 — Determinazzjoni tal-post tal-provvista ta’ servizzi — Kunċett ta’ “provvista ta’ persunal” — Ħaddiema li jaħdmu għal rashom — Neċessità li tiġi żgurata evalwazzjoni identika tal-provvista ta’ servizzi fir-rigward tal-fornitur u fir-rigward tad-destinatarju)

ĠU C 73, 10.3.2012, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Jannar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) — ADV Allround Vermittlungs AG, fi stralċ vs Finanzamt Hamburg-Bergedorf

(Kawża C-218/10) (1)

(VAT - Sitt Direttiva - Artikoli 9, 17 u 18 - Determinazzjoni tal-post tal-provvista ta’ servizzi - Kunċett ta’ “provvista ta’ persunal” - Ħaddiema li jaħdmu għal rashom - Neċessità li tiġi żgurata evalwazzjoni identika tal-provvista ta’ servizzi fir-rigward tal-fornitur u fir-rigward tad-destinatarju)

2012/C 73/02

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ADV Allround Vermittlungs AG, fi stralċ

Konvenut: Finanzamt Hamburg-Bergedorf

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Hamburg — Interpretazzjoni tas-sitt inċiż tal-Artikolu 9(2)(e), tal-Artikolu 17(1), (2)(a) u 3(a), kif ukoll tal-Artikolu 18(1)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Determinazzjoni tal-post ta’ tassazzjoni ta’ provvista li tqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ destinatarju ta’ servizz persunal li jaħdem għal rasu, li ma huwiex impjegat mill-fornitur — Kunċett ta’ “persunal” — Neċessità li tiġi żgurata evalwazzjoni identika tal-issuġġettar ta’ operazzjoni għall-VAT fir-rigward tal-fornitur ta’ servizz, minn naħa, u tad-destinatarju ta’ dan is-servizz, min-naħa l-oħra

Dispożittiv

(1)

Is-sitt inċiż tal-Artikolu 9 (2)(e) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “provvista ta’ persunal” imsemmi f’din id-dispożizzjoni jkopri wkoll il-provvista ta’ persunal li jaħdem għal rasu, li ma huwiex impjegat mill-imprenditur fornitur.

(2)

L-Artikoli 17(1)(2)(a) u 3(a), kif ukoll 18(1)(a) tas-Sitt Direttiva 77/388 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jimponux lill-Istat Membri jemendaw ir-regoli proċedurali interni tagħhom b’mod li jiżguraw li n-natura taxxabbli ta’ provvista ta’ servizzi u t-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta fuq dan is-servizz ikunu evalwati bl-istess mod fir-rigward tal-fornitur u tad-destinatarju ta’ dan is-servizz anki meta dawn jaqaw taħt il-ġurisdizzjoni ta’ amministrazzjonijiet fiskali differenti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet jobbligaw lill-Istati Membri jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex jiġu żgurati l-ġbir eżatt tat-taxxa fuq il-valur miżjud u l-osservanza tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali.


(1)  ĠU C 221, 14.08.2010.


Top