Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0349

    Kawża T-349/09: Rikors ippreżentat fit- 3 ta’ Settembru 2009 — PAGO International vs UASI — Tirol Milch (Pago)

    ĠU C 267, 7.11.2009, p. 76–76 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.11.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 267/76


    Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2009 — PAGO International vs UASI — Tirol Milch (Pago)

    (Kawża T-349/09)

    2009/C 267/136

    Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: PAGO International GmbH (Klagenfurt, l-Awstrija) (rappreżentanti: C. Hauer u C. Schumacher, Rechtsanwälte)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tirol Milch reg.Gen.mbH Innsbruck (Innsbruck, l-Awstrija)

    Talbiet tar-rikorrenti

    temenda d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta’ Lulju 2009 dwar il-proċedimenti ta’ kanċellazzjoni Nru 2025 C (trade mark Komunitarja Nru 915 488), sabiex l-ilment imressaq minn Tirol Milch, kooperattiva b’responsabbiltà limitata li ġiet irreġistrata, kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-4 ta’ Awwissu 2008 jiġi miċħud, u li Tirol Milch, kooperattiva b’responsabbiltà limitata li ġiet rreġistrata, tiġi kkundannata għall-ispejjeż sostnuti f’dawn il-proċedimenti.

    sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell u tirrinvija l-każ quddiem l- Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) sabiex jagħti deċiżjoni mill-ġdid.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja rreġistrata li kienet is-suġġett ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva tal-kulur “Pago” għal prodotti fil-klassi 32 (Trade mark Komunitarja Nru 915 488)

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Parti li titlob l-invalidità tat-trade mark Komunitarja: Tirol Milch, kooperattiva b’responsabbiltà limitata li ġiet irreġistrata

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: dikjarazzjoni parzjali tar-revoka tat-trade mark Komunitarja

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u tad-dikjarazzjoni tar-revoka tat-trade mark Komunitarja

    Motivi invokati:

    ksur tal-Artikolu 51 moqri flimkien mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li, b’mod żbaljat, l-użu ġenwin tat-trade mark li hija s-suġġett tal-proċedimenti ma ġiex ippruvat.

    ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 u tad-drittijiet fundamentali tas-sistema ġuridika Komunitarja, b’mod partikolari tad-dritt għal smigħ xieraq.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009 L 78 p. 1).


    Top