EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0028

Kawża T-28/09: Rikors ippreżentat fil- 21 ta' Jannar 2009 — Park vs UASI — Bae (PINE TREE)

ĠU C 82, 4.4.2009, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/29


Rikors ippreżentat fil-21 ta' Jannar 2009 — Park vs UASI — Bae (PINE TREE)

(Kawża T-28/09)

(2009/C 82/51)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Mo-Hwa Park (Hillscheid, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Lee, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Chong-Yun Bae (Berlin, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta' Novembru 2008, fil-Każ R 1882/2007-4, u

tikkundanna lill-intervenjent għall-ispejjeż tal-kawża inklużi dawk inkorsi fil-proċedimenti tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark figurattiva “PINE TREE” għal prodotti fil-klassi 28 (Trade mark Komunitarja Nru 318 857)

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Chong-Yun Bae

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja kkonċernata ddikjarata invalida

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni appellata annullata u applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark ikkonċernata rrifjutata

Motivi invokat: inammissibiltà tal-appell u nuqqas ta' użu ġenwin tat-trade mark Komunitarja kkonċernata skont l-Artikoli 15 u 50(1)(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1).


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja


Top