Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0247

Kawża T-247/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 10 ta’ Ottubru 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni ( “Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi relattivi għall-produzzjoni u t-tixrid tas-Suppliment għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Europea u ta’ sostenn online kif ukoll offline relatat — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali” )

ĠU C 366, 24.11.2012, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-247/09) (1)

(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi relattivi għall-produzzjoni u t-tixrid tas-Suppliment għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Europea u ta’ sostenn online kif ukoll offline relatat - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

2012/C 366/58

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Bambara u E. Manhaeve, aġenti, assistiti inizjalment minn N. Dimopoulos, solicitor, sussegwentement minn E. Petritsi, avukat, u finalment minn O. Graber-Soudry, solicitor.)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej tas-7 ta’ April 2009, li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti dwar il-provvista ta’ servizzi għall-produzzjoni u t-tixrid tas-Suppliment għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u ta’ sostenn online u offline relatat, kif ukoll tad-deċiżjonijiet kollha sussegwenti għad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, inkluża dik li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 205, 29.08.2009.


Top