Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0170

    Kawża T-170/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 10 ta’ Ottubru 2012 — Shanghai Biaowu High-Tensile Fastener u Shanghai Prime Machinery vs Il-Kunsill ( “Dumping — Importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina — Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq — Terminu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar dan l-istatus — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Oneru tal-prova — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 2(7)(b) u (ċ), u Artikolu 2(10) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li sar l-Artikolu 2(7)(b) u (ċ) u Artikolu 2(10) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009)” )

    ĠU C 366, 24.11.2012, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.11.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 366/30


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2012 — Shanghai Biaowu High-Tensile Fastener u Shanghai Prime Machinery vs Il-Kunsill

    (Kawża T-170/09) (1)

    (Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina - Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq - Terminu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar dan l-istatus - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Oneru tal-prova - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 2(7)(b) u (ċ), u Artikolu 2(10) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li sar l-Artikolu 2(7)(b) u (ċ) u Artikolu 2(10) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009))

    2012/C 366/56

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Shanghai Biaowu High-Tensile Fastener Co. Ltd (Baoshan, ic-Ċina); u Shanghai Prime Machinery Co. Ltd (Shanghai, iċ-Ċina) (rappreżentanti: inizjalment K. Adamantopoulos u Y. Melin, sussegwentement Y. Melin, V. Akritidis u F. Crespo, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch u G. Wolf, avukati, sussegwentement J.-P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti minn G. Berrisch, avukat)

    Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Van Vliet u C. Clyne, aġenti); u European Industrial Fasteners Insitute AISBL (EIFI) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment J. Bourgeois, Y. Van Gerven u E. Wäktare, sussegwentement J. Bourgeois, avukati)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009, tas-26 ta’ Jannar 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq [l-importazzjonijiet ta’] ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 29, p. 1).

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Shanghai Biaowu High-Tensile Fasteners Co. Ltd u Shanghai Prime Machinery Co. Ltd għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-European Industrial Fasteners Insitute AISBL.

    (3)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 153, 04.07.2009.


    Top