EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0364

Kawża C-364/09 P: Appell ippreżentat fl- 14 ta’ Settembru 2009 minn Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel GmbH kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tat- 8 ta’ Lulju 2009 fil-Kawża T-226/08 — Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni); parti oħra fil-kawża: Schwarzbräu GmbH

ĠU C 267, 7.11.2009, p. 48–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/48


Appell ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2009 minn Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel GmbH kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Lulju 2009 fil-Kawża T-226/08 — Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni); parti oħra fil-kawża: Schwarzbräu GmbH

(Kawża C-364/09 P)

2009/C 267/81

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel GmbH (rappreżentant: P. Wadenbach, avukat)

Partijiet oħra fil-kawża: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni); Schwarzbräu GmbH

Talbiet tal-appellanti

1.

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-8 ta’ Lulju 2009, fil-Kawża T-226/08;

2.

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-8 ta’ April 2008 (Każ R 1124/2004-4);

3.

tikkanċella t-trade mark Komunitarja Nru 505 503“ALASKA” kollha kemm hi minħabba l-eżistenza ta’ raġunijiet assoluti għal rifjut;

4.

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

B’mod sussidjarju għat-talba indikata iktar ’il fuq fin-numru 3, l-appellanti titlob li t-trade mark Komunitarja Nru 505503 “ALASKA” tiġi ddikjarata invalida għall-inqas fir-rigward tal-prodotti li ġejjin: “Ilma minerali u ilma bil-gass, u xorb ieħor mingħajr alkoħol li jaqgħu fil-klassi 32”

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell huwa intiż kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza li permezz tagħha ġie miċħud ir-rikors tal-appellanti kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-8 ta’ April 2008. Permezz ta’ din id-deċiżjoni, il-Bord tal-Appell ċaħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mressqa mill-appellanti fir-rigward tat-trade mark verbali Komunitarja “ALASKA” għall-prodotti kollha koperti mir-reġistrazzjoni (Ilma minerali u ilma bil-gass, u xorb ieħor mingħajr alkolħol; xorb tal-frott u meraq tal-frott, xroppi u taħlitiet oħra għall-preparazzjoni ta’ xorb).

Essenzjalment, in-nuqqas ta’ qbil bejn il-partijiet jikkonċerna l-kwistjoni dwar jekk teżistix raġuni assoluta għal rifjut fil-forma tar-rekwiżit li tinżamm disponibbli indikazzjoni tal-oriġini ġeografika.

Permezz tal-appell tagħha, l-appellanti qiegħda ssostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 40/94”), u dan b’mod partikolari fid-dawl tal-prinċipji żviluppati mill-ġurisprudenza.

Skont il-formulazzjoni tad-dispożizzjoni msemmija iktar ’il fuq tar-Regolament Nru 40/94, sabiex tiġi eskluża r-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja huwa biżżejjed jekk din tkun tikkonsisti esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw fil-kummerċ sabiex jindikaw l-oriġini ġeografika tal-prodotti inklużi fl-applikazzjoni. Minn dan isegwi li anki indikazzjonijiet ġeografiċi li jistgħu jintużaw minn impriżi għandhom jinżammu disponibbli bħala indikazzjonijiet tal-oriġini ġeografika tal-grupp ta’ prodotti kkonċernat. Għall-applikazzjoni tad-dispożizzjoni msemmija tar-Regolament Nru 40/94 mhuwiex meħtieġ li jkun hemm rekwiżit ta’ disponibbiltà konkret, attwali jew serju.

Li kieku l-Qorti tal-Prim’Istanza, fil-każ ineżami, applikat mingħajr żbalji ta’ liġi l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 u l-prinċipji żviluppati mill-ġurisprudenza, hija kien ikollha tikkonstata li l-Alaska hija l-ikbar riżerva ta’ ilma tax-xorb tal-Istati Uniti tal-Amerika, li l-pubbliku rilevanti jassoċja l-Alaska ma’ żona naturali abbundanti ta’ ilma pur fid-diversi forom tiegħu, li fl-Alaska ssir produzzjoni ta’ ilma minerali fi kwantitajiet ekonomikament rilevanti u li dan l-ilma diġà huwa kkummerċjalizzat fil-Komunità u għalhekk għandha tiġi kkunsidrata serjament il-possibbiltà ta’ kummerċjalizzazzjoni ulterjuri. Għaldaqstant, huwa ċar li l-indikazzjoni “ALASKA” tista’ fil-futur tintuża minn kompetituri bħala indikazzjoni tal-oriġini.

Minflok, il-Qorti tal-Prim’Istanza applikat b’mod żbaljat id-dispożizzjoni tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 u l-prinċipji stabbiliti fil-ġurisprudenza fil-liġi sa fejn, permezz ta’ eżami tal-opportunità, jiġifieri ta’ jekk id-distribuzzjoni ta’ ilma minerali mill-Alaska tagħmilx sens jew le minn perspettiva ekonomika (is-sitwazzjoni tal-kompetizzjoni, l-ispejjeż tat-trasport), hija stabbiliet rekwiżiti addizzjonali li jmorru lil hinn mill-prinċipji msemmija. Dawn ir-rekwiżiti addizzjonali, fid-dawl tal-Artikolu 7(1)(ċ), tal-formulazzjoni tiegħu u b’mod partikolari fid-dawl tal-prinċipji żviluppati mill-ġurisprudenza, għandhom jitqiesu bħala eċċessivi u jwasslu għal interpretazzjoni li hija wiesgħa wisq u li mhijiex kompatibbli mal-għan tad-dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju.


Top