Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0351

    Kawża C-351/09: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ Awwissu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta’ Malta

    ĠU C 267, 7.11.2009, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.11.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 267/45


    Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Awwissu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta’ Malta

    (Kawża C-351/09)

    2009/C 267/77

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán, K. Xuereb, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika ta’ Malta

    Talbiet tar-rikorrenti

    tiddikjara li r-Repubblika ta’ Malta,

    (a)

    billi naqset milli tistabbilixxi programmi għall-monitoraġġ tal-ilmijiet tal-wiċċ interni u milli tagħmilhom operazzjonali skont l-Artikolu 8 (1) u (2) tad-Direttiva 2000/60/KE (1)

    (b)

    billi naqset ukoll mill-obbligu tagħha li tippreżenta rapport sommarju tal-programmi għall-monitoraġġ tal-ilmijiet tal-wiċċ interni skont l-Artikolu 15(2) tad-Direttiva

    naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 8 u 15 tad-Direttiva 2000/60/KE;

    tikkundanna lir-Repubblika ta’ Malta għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Skont l-Artikolu 15(2) tad-direttiva, ir-rapporti sommarji tal-programmi għall-monitoraġġ kellhom jiġu ppreżentati sa mhux iktar tard mit-22 ta’ Marzu 2007. Barra minn dan, l-obbligu li jiġi ppreżentat ir-rapport sommarju dwar il-monitoraġġ tal-ilmijiet tal-wiċċ interni għandu jiġi osservat indipendentement mill-obbligu li jiġi ppreżentat il-Pjan tal-Immaniġġar tal-Catchment tal-Ilma. Sal-lum ir-rapport sommarju dwar il-programmi għall-monitoraġġ tal-ilmijiet tal-wiċċ interni għadu ma ntbagħtx. Għaldaqstant il-Kummissjoni tqis li r-Repubblika ta’ Malta naqset milli twettaq l-obbligu tagħha taħt l-Artikolu 15(2) tad-direttiva.

    Barra minn hekk, fid-dawl tal-informazzjoni msemmija iktar ’il fuq ipprovduta mir-Repubblika ta’ Malta, u tan-nuqqas ta’ informazzjoni fir-rigward tar-rapport sommarju li r-Repubblika ta’ Malta kellha tippreżenta fir-rigward tal-programmi għall-monitoraġġ tal-ilmijiet tal-wiċċ interni, il-Kummissjoni tqis li, sal-lum, ir-Repubblika ta’ Malta għadha ma stabbilietx u għamlet operazzjonali programmi għall-monitoraġġ tal-ilmijiet tal-wiċċ interni skont l-Artikolu 8(1) u (2) tad-direttiva. Dawn il-programmi huma essenzjali sabiex tiġi stabbilita deskrizzjoni ġenerika koerenti u komprensiva tal-istat tal-ilma fi ħdan kull distrett ta’ baċin (2).


    (1)  Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma

    ĠU L 327, p. 1

    (2)  Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2000/60/KE


    Top