Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0316

    Kawża C-316/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl- 10 ta’ Awwissu 2009 — MSD Sharp & Dohme GmbH vs Merckle GmbH

    ĠU C 267, 7.11.2009, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.11.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 267/35


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Awwissu 2009 — MSD Sharp & Dohme GmbH vs Merckle GmbH

    (Kawża C-316/09)

    2009/C 267/66

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: MSD Sharp & Dohme GmbH

    Konvenuta: Merckle GmbH

    Domanda preliminari

    Id-domanda li ġejja, rigward l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2001/83 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (1), emendata l-aħħar permezz tad-Direttiva 2008/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2008 (2), tressqet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej:

    L-Artikolu 88(1)(a) tad-Direttiva dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem jipprjobixxi wkoll reklamar lill-pubbliku għal prodotti mediċinali li huma disponibbli biss fuq riċetta medika li jinkludi biss l-informazzjoni kkomunikata lill-awtorità kompetenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni u li hija f’kull każ aċċessibbli lil kull min jixtri l-prodotti, u meta din l-informazzjoni ma tiġix ippreżentata lill-persuna interessata jekk din ma titlobhiex iżda hija aċċessibbli fuq l-Internet biss lil dak li jipprova jiksibha?


    (1)  ĠU L 311, p. 67

    (2)  ĠU L 81, p. 51


    Top