EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0273

Kawża C-273/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Haarlem (l-Olanda) fis- 16 ta’ Lulju 2009 — Premis Medical BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane Rotterdam, kantoor Rotterdam Laan op Zuid

ĠU C 267, 7.11.2009, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Haarlem (l-Olanda) fis-16 ta’ Lulju 2009 — Premis Medical BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane Rotterdam, kantoor Rotterdam Laan op Zuid

(Kawża C-273/09)

2009/C 267/49

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Haarlem (l-Olanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Premis Medical BV

Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane Rotterdam, kantoor Rotterdam Laan op Zuid

Domandi preliminari

1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 729/2004, tal-15 ta’ April 2004, dwar il-klassifika ta’ ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda (1), b’rettifika ppubblikata fil-ĠU L 173 tas-7 ta’ Mejju 2004, p. 9, huwa validu, fis-sens li l-anness riprodott fir-rettifika huwa l-anness il-validu? Jekk dan huwa l-każ:

2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 729/2004, tal-15 ta’ April 2004, dwar il-klassifika ta’ ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda, b’rettifika ppubblikata fil-ĠU L 173 tas-7 ta’ Mejju 2004, p. 9, huwa invalidu minħabba li l-Kummissjoni llimitat, f’dan ir-regolament, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-intestatura 9021? Jekk ir-regolament huwa validu:

3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 729/2004, tal-15 ta’ April 2004, dwar il-klassifika ta’ ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda, b’rettifika ppubblikata fil-ĠU L 173 tas-7 ta’ Mejju 2004, p. 9, huwa invalidu minħabba li l-Kummissjoni kklassifikat b’mod inkorrett ir-“rollator” [apparat bir-roti li jgħin lill-persuni b’mobilità limitata sabiex jimxu] fin-Nomenklatura Magħquda?


(1)  (ĠU L 113, p. 5)


Top