EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0146

Kawża C-146/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (Il-Ġermanja) fl- 24 ta’ April 2009 — Prof. Dr. Claus Scholl vs Stadtwerke Aachen AG

ĠU C 153, 4.7.2009, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 153/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (Il-Ġermanja) fl-24 ta’ April 2009 — Prof. Dr. Claus Scholl vs Stadtwerke Aachen AG

(Kawża C-146/09)

2009/C 153/49

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Prof. Dr. Claus Scholl

Konvenuta: Stadtwerke Aachen AG

Domanda preliminari

Id-dispożizzjoni li tinsab fit-tielet inċiż tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Mejju 1997, dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi in rigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li dritt ta’ rtirar huwa eskluż fir-rigward ta’ kuntratti konklużi mill-bogħod dwar il-provvista ta’ elettriku u ta’ gass permezz tan-netwerk ta’ distribuzzjoni?


(1)  ĠU L 144, p. 19


Top