Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0142

    Kawża C-142/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Derdemonde (Il-Belġju) fit- 22 ta’ April 2009 — Ministère public vs M. V.W. Lahousse u Lavichy BVBA

    ĠU C 153, 4.7.2009, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.7.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 153/25


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Derdemonde (Il-Belġju) fit-22 ta’ April 2009 — Ministère public vs M. V.W. Lahousse u Lavichy BVBA

    (Kawża C-142/09)

    2009/C 153/45

    Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal de première instance de Derdemonde (il-Belġju)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent

    :

    Ministère public

    Konvenuti

    :

    1.

    M. V.W. Lahousse

    2.

    Lavichy BVBA

    Domanda preliminari

    Id-Direttiva 2002/24/KE (1), b’mod partikolari, l-Artikolu 1(1)(d) tagħha, li jipprovdi li d-direttiva ma tapplikax għal vetturi maħsuba għal użu f’kompetizzjoni, fit-toroq jew f’kundizzjonijiet off-road, għandha tiġi interpretata fis-sens li tippermetti lill-Istati Membri jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, u għalhekk li jipprovdu li din tapplika għat-traffiku kollu fuq l-art (jiġifieri l-użu ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta anki barra mit-toroq jew fuq art privata) mingħajr ma jawtorizzaw l-eċċezzjoni fir-rigward ta’ vetturi maħsuba għal użu f’kompetizzjoni, fit-toroq (tlielaq) jew f’kundizzjonijiet off-road?


    (1)  Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Marzu 2002 li għandha x’taqsam mal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE (ĠU L 124, p. 1)


    Top