Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0458

    Kawża C-458/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal- 24 ta’ Novembru 2011 — Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Ġħajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Taljani lill-impriżi mill-ġdid ikkwotati fil-Borża — Leġiżlazzjoni li tipprovdi vantaġġi fiskali)

    ĠU C 25, 28.1.2012, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.1.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 25/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Novembru 2011 — Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-458/09 P) (1)

    (Appell - Ġħajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Taljani lill-impriżi mill-ġdid ikkwotati fil-Borża - Leġiżlazzjoni li tipprovdi vantaġġi fiskali)

    (2012/C 25/06)

    Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

    Partijiet

    Appellanti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, P. Gentili, avvocato dello Stato)

    Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, D. Grespan u E. Righini, aġenti)

    Parti intervenjenti insostenn tal-appellanti: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: M. Pere u H. Leppo, aġenti)

    Suġġett

    Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) (li issa saret il-“Qorti Ġenerali”), tal-4 ta’ Settembru 2009, L-Italja vs Il-Kummissjoni (T-211/05), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/261/KE, tas-16 ta’ Marzu 2005, dwar l-iskema ta’ għajnuna C8/2004 (ex NN 164/2003) implementata mill-Italja favur kumpanniji reċentement ikkwotati fil-Borża (ĠU 2006, L 94, p. 42).

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud.

    (2)

    Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.

    (3)

    Ir-Repubblika tal-Finlandja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 24, 30.01.2010


    Top