Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0020

    Kawżi magħquda T-20/08 u T-21/08: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat- 23 ta’ Settembru 2009 — Evets vs UASI (DANELECTRO u QWIK TUNE) ( Trade mark Komunitarja — Trade marks Komunitarji verbali DANELECTRO u figurattiva QWIK TUNE — Nonosservanza tat-terminu għall-preżentata ta’ talba għat-tiġdid tat-trade marks — Applikazzjoni għal restitutio in integrum — Reformatio in pejus — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal smigħ — Artikolu 61(2), it-tieni sentenza tal-Artikolu 73, u l-Artikolu 78 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 63(2), it-tieni sentenza tal-Artikolu 75, u l-Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] )

    ĠU C 267, 7.11.2009, p. 62–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.11.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 267/62


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Settembru 2009 — Evets vs UASI (DANELECTRO u QWIK TUNE)

    (Kawżi magħquda T-20/08 u T-21/08) (1)

    (“Trade mark Komunitarja - Trade marks Komunitarji verbali DANELECTRO u figurattiva QWIK TUNE - Nonosservanza tat-terminu għall-preżentata ta’ talba għat-tiġdid tat-trade marks - Applikazzjoni għal restitutio in integrum - Reformatio in pejus - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ - Artikolu 61(2), it-tieni sentenza tal-Artikolu 73, u l-Artikolu 78 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 63(2), it-tieni sentenza tal-Artikolu 75, u l-Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)

    2009/C 267/110

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Evets Corp. (Irvine, Kalifornja, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Ryan, solicitor)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra żewġ deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Novembru 2007 (Każijiet R 603/2007-4 u R 604/2007-4), relatati ma’ applikazzjoni għal restitutio in integrum ippreżentata mir-rikorrenti.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikorsi huma miċħuda.

    2)

    Evets Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 64 8.3.2008.


    Top