Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0443

    Kawża C-443/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 7 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 1999/13/KE — Limitazzjoni ta’ taħlit volatili organiku — Nuqqas ta’ traspożizzjoni tal-kunċetti ta’ stallazzjoni żgħira u ta’ tibdil sostanzjali )

    ĠU C 153, 4.7.2009, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.7.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 153/17


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

    (Kawża C-443/08) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 1999/13/KE - Limitazzjoni ta’ taħlit volatili organiku - Nuqqas ta’ traspożizzjoni tal-kunċetti ta’ “stallazzjoni żgħira” u ta’ “tibdil sostanzjali”)

    2009/C 153/33

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u J.-B. Laignelot, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u A. Adam, aġenti)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta l-liġijiet u r-regolamenti kollha neċessarji għat-traspożizzjoni b’mod korrett tal-Artikolu 2(3), l-Artikolu 2(4) u l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE, tal-11 ta’ Marzu 1999, dwar il-limitazzjoni ta’ taħlit volatili organiku minħabba l-użu ta’ solventi organiku f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet (ĠU L 85, p. 1) — Kunċetti ta’ “stallazzjoni żgħira” u ta’ “tibdil sostanzjali”

    Dispożittiv

    1)

    Billi m’adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tittrasponi b’mod korrett l-Artikoli 2(3) u 2(4) kif ukoll l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE, tal-11 ta’ Marzu 1999, dwar il-limitazzjoni ta’ taħlit volatili organiku minħabba l-użu ta’ solventi organiku f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

    2)

    Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 6, 10.1.2009.


    Top