Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0305

    Kawżi magħquda T-305/07 u T-306/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas- 16 ta’ Settembru 2009 — Offshore Legends vs UASI — Acteon (OFFSHORE LEGENDS bl-iswed u bl-abjad, u OFFSHORE LEGENDS bil-blu, bl-iswed u bl-aħdar) ( Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal żewġ trade marks Komunitarji figurattivi OFFSHORE LEGENDS, waħda bl-abjad u bl-iswed, l-oħra bil-blu, bl-iswed u bl-aħdar — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti OFFSHORE 1 — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tal-prodotti u tas-sinjali — Nuqqas ta’ talba għal prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] — Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94 ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 15(2)(a) tar-Regolament Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 42(2) u (3) u l-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009] )

    ĠU C 267, 7.11.2009, p. 60–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.11.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 267/60


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-16 ta’ Settembru 2009 — Offshore Legends vs UASI — Acteon (OFFSHORE LEGENDS bl-iswed u bl-abjad, u OFFSHORE LEGENDS bil-blu, bl-iswed u bl-aħdar)

    (Kawżi magħquda T-305/07 u T-306/07) (1)

    (“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal żewġ trade marks Komunitarji figurattivi OFFSHORE LEGENDS, waħda bl-abjad u bl-iswed, l-oħra bil-blu, bl-iswed u bl-aħdar - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti OFFSHORE 1 - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tal-prodotti u tas-sinjali - Nuqqas ta’ talba għal prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94 ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 15(2)(a) tar-Regolament Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 42(2) u (3) u l-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009]”)

    2009/C 267/104

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Offshore Legends (Nevele, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Maeyaert u N. Clarembeaux, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliart-Monguiral, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Acteon (Saint-Tropez, Franza) (rappreżentant: M. Milon, avukat)

    Suġġett

    Żewġ rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Mejju 2007 (Każijiet R 1031/2006-2 u R 1038/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Acteon u Offshore Legends.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikorsi huma miċħuda.

    2)

    Offshore Legends hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 269, 10.11.2007


    Top