This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CA0573
Case C-573/07: Judgment of the Court (Third Chamber) of 10 September 2009 (reference for a preliminary ruling from the Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (Italy)) — Sea s.r.l. v Comune di Ponte Nossa (Public procurement — Award procedures — Contract relating to a service for the collection, transport and disposal of urban waste — Awarded without any call for tenders — Awarded to a company limited by shares whose capital is wholly owned by public bodies but under whose statutes a private capital holding is possible)
Kawża C-573/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 10 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia — L-Italja)) — Sea s.r.l. vs Comune di Ponte Nossa (Kuntratti pubbliċi — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti — Kuntratt għas-servizz ta’ ġbir, ta’ trasport u ta’ rimi ta’ skart urban — Għoti mingħajr sejħa għal offerti — Għoti lil kumpannija b’responsabbiltà limitata li l-kapital tagħha jappartjeni kollu kemm huwa lil awtoritajiet pubbliċi iżda li l-istatuti tagħha jipprovdu għall-possibbiltà ta’ sehem ta’ kapital privat)
Kawża C-573/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 10 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia — L-Italja)) — Sea s.r.l. vs Comune di Ponte Nossa (Kuntratti pubbliċi — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti — Kuntratt għas-servizz ta’ ġbir, ta’ trasport u ta’ rimi ta’ skart urban — Għoti mingħajr sejħa għal offerti — Għoti lil kumpannija b’responsabbiltà limitata li l-kapital tagħha jappartjeni kollu kemm huwa lil awtoritajiet pubbliċi iżda li l-istatuti tagħha jipprovdu għall-possibbiltà ta’ sehem ta’ kapital privat)
ĠU C 267, 7.11.2009, p. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/14 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia — L-Italja)) — Sea s.r.l. vs Comune di Ponte Nossa
(Kawża C-573/07) (1)
(Kuntratti pubbliċi - Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti - Kuntratt għas-servizz ta’ ġbir, ta’ trasport u ta’ rimi ta’ skart urban - Għoti mingħajr sejħa għal offerti - Għoti lil kumpannija b’responsabbiltà limitata li l-kapital tagħha jappartjeni kollu kemm huwa lil awtoritajiet pubbliċi iżda li l-istatuti tagħha jipprovdu għall-possibbiltà ta’ sehem ta’ kapital privat)
2009/C 267/24
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sea s.r.l.
Konvenuta: Comune di Ponte Nossa
Fil-preżenza ta’: Servizzi Tecnologici Comuni — Se. T. Co. SpA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 12, 43, 49 u 86 KE — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi — Servizz pubbliku ta’ ġbir, ta’ trasport u ta’ rimi ta’ skart urban — Għoti direttament lil kumpannija b’responsabbiltà limitata li l-kapital tagħha jappartjeni kollu kemm huwa lil awtoritajiet pubbliċi iżda li l-istatuti tagħha jipprovdu għall-possibbiltà ta’ sehem ta’ kapital privat
Dispożittiv
L-Artikoli 43 KE u 49 KE, il-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni minħabba ċ-ċittadinanza kif ukoll l-obbligu ta’ trasparenza li jirriżultaw minnhom ma jipprekludux l-attribuzzjoni diretta ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizzi lil kumpannija b’responsabbiltà limitata b’kapital kollu kemm hu pubbliku ladarba l-awtorità pubblika li hija l-awtorità kontraenti teżerċita fuq din il-kumpannija kontroll analogu għal dak li hija teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess u li din il-kumpannija twettaq il-parti essenzjali tal-attività tagħha mal-awtorità jew l-awtoritajiet li lilhom tappartjeni.
B’riżerva għall-verifika mill-qorti tar-rinviju tan-natura operanti tad-dispożizzjonijiet statutorji kkonċernati, il-kontroll eżerċitat mill-awtoritajiet azzjonisti fuq din il-kumpannija jista’ jiġi kkunsidrat bħala analogu għal dak li huma jeżerċitaw fuq id-dipartimenti tagħhom stess f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, fejn:
— |
l-attività ta’ din il-kumpannija hija limitata għat-territorju ta’ dawn l-awtoritajiet u hija essenzjalment eżerċitata għall-benefiċju tagħhom, u |
— |
permezz ta’ organi statutorji komposti minn rappreżentanti ta’ dawn l-awtoritajiet, huma jeżerċitaw influwenza determinanti kemm fuq l-għanijiet strateġiċi kif ukoll fuq id-deċiżjonijiet importanti ta’ din il-kumpannija |