This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CA0042
Case C-42/07: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 8 September 2009 (reference for a preliminary ruling from the Tribunal de Pequena Instância Criminal do Porto (Portugal)) — Liga Portuguesa de Futebol Profissional (CA/LPFP), Bwin International Ltd, formerly Baw International Ltd v Departamento de Jogos da Santa Casa da Misericórdia de Lisboa (Reference for a preliminary ruling — Article 49 EC — Restrictions on the freedom to provide services — Offer of games of chance via the internet)
Kawża C-42/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tat- 8 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de Pequena Instância Criminal do Porto — il-Portugall) — Liga Portuguesa de Futebol Profissional (CA/LPFP), Bwin International Ltd, li qabel kienet Baw International Ltd vs Departamento de Jogos da Santa Casa da Misericórdia de Lisboa (Talba għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 49 KE — Restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi — Operazzjoni ta’ logħob tal-ażżard fuq l-internet)
Kawża C-42/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tat- 8 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de Pequena Instância Criminal do Porto — il-Portugall) — Liga Portuguesa de Futebol Profissional (CA/LPFP), Bwin International Ltd, li qabel kienet Baw International Ltd vs Departamento de Jogos da Santa Casa da Misericórdia de Lisboa (Talba għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 49 KE — Restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi — Operazzjoni ta’ logħob tal-ażżard fuq l-internet)
ĠU C 267, 7.11.2009, p. 9–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tat-8 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de Pequena Instância Criminal do Porto — il-Portugall) — Liga Portuguesa de Futebol Profissional (CA/LPFP), Bwin International Ltd, li qabel kienet Baw International Ltd vs Departamento de Jogos da Santa Casa da Misericórdia de Lisboa
(Kawża C-42/07) (1)
(Talba għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 49 KE - Restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi - Operazzjoni ta’ logħob tal-ażżard fuq l-internet)
2009/C 267/15
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de Pequena Instância Criminal do Porto
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Liga Portuguesa de Futebol Profissional (CA/LPFP), Bwin International Ltd, li qabel kienet Baw International Ltd
Konvenut: Departamento de Jogos da Santa Casa da Misericórdia de Lisboa
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de Pequena Instância Criminal do Porto — Interpretazzjoni tal-Artikoli 43, 49 u 56 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva lil entità partikolari d-dritt li topera, b’mod esklużiv, il-logħob tal-ażżard u l-lotteriji u li tikkunsidra bħala reat l-attività ta’ organizzazzjoni, promozzjoni u teħid, inkluż bl-internet, ta’ mħatri fuq avvenimenti sportivi — Impriża li teżerċita l-attività ta’ operazzjoni ta’ mħatri u ta’ lotteriji online u li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru ieħor ipprojbita milli tippromwovi, torganizza u topera dawn l-imħatri u lotteriji bl-internet u milli tqiegħed għad-dispożizzzjoni tar-rebbieħa l-valur tal-prezzijiet
Dispożittiv
L-Artikolu 49 KE ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprojbixxi lil operaturi, bħal Bwin International Ltd, stabbiliti fi Stati Membri oħra, fejn jipprovdu legalment servizzi analogi, milli jipproponu logħob tal-ażżard bl-internet fit-territorju tal-imsemmi Stat Membru.