Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0211

    Kawżi magħquda T-211/06, T-213/06, T-245/06, T-155/07 u T-178/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad- 19 ta’ Mejju 2009 — Euro-Information vs UASI (CYBERCREDIT, CYBERGESTION, CYBERGUICHET, CYBERBOURSE u CYBERHOME) ( Trade mark Komunitarja — Applikazzjonijiet għal trade marks Komunitarji verbali CYBERCREDIT, CYBERGESTION, CYBERGUICHET, CYBERBOURSE u CYBERHOME — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 — Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu — Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94 )

    ĠU C 153, 4.7.2009, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.7.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 153/35


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Mejju 2009 — Euro-Information vs UASI (CYBERCREDIT, CYBERGESTION, CYBERGUICHET, CYBERBOURSE u CYBERHOME)

    (Kawżi magħquda T-211/06, T-213/06, T-245/06, T-155/07 u T-178/07) (1)

    (“Trade mark Komunitarja - Applikazzjonijiet għal trade marks Komunitarji verbali CYBERCREDIT, CYBERGESTION, CYBERGUICHET, CYBERBOURSE u CYBERHOME - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94”)

    2009/C 153/66

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Européenne de traitement de l’information (Euro-Information) (Strasbourg, Franza) (rappreżentanti: P. Greffe, J. Schouman, A. Jacquet u L. Paudrat, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

    Suġġett

    Rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Mejju (Każ R 0068/2006-1), tat-12 ta’ Ġunju (Każ R 0066/2006-1), tal-5 ta’ Lulju 2006 (Każ R 0067/2006-1), tat-28 ta’ Frar (Każ R 1046/2006-1) u tal-15 ta’ Marzu 2007 (Każ R 0067/2006-1), dwar ir-reġistrazzjoni tat-trade marks CYBERGESTION (Każ T 213/06), CYBERCREDIT (Każ T 211/06), CYBERGUICHET (Każ T 245/06), CYBERBOURSE (Każ T 155/07) u CYBERHOME (Każ T 178/07) bħala trade marks Komunitarji.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikorsi huma miċħuda.

    2)

    L-Européenne de traitement de l’information (Euro-Information) hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 249 tal-14.10.2006.


    Top