Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TA0341

    Kawża T-341/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat- 23 ta’ Settembru 2009 — Spanja vs Il-Kummissjoni ( Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib — Tneħħija ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-prodotti kollha tal-ħalib għal Ceuta u għal Melilla — Kundizzjonijiet — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Proporzjonalità )

    ĠU C 267, 7.11.2009, p. 53–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.11.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 267/53


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Settembru 2009 — Spanja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-341/05) (1)

    (“Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib - Tneħħija ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-prodotti kollha tal-ħalib għal Ceuta u għal Melilla - Kundizzjonijiet - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Proporzjonalità”)

    2009/C 267/89

    Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: J. Cárcamo u M. Muñoz Pérez, abogados del Estado)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Cattabriga u F. Jimeno Fernández, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 909/2005, tas-16 ta’ Ġunju 2005, li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ĠU L 154, p. 10), sa fejn l-Anness tiegħu jinkludi lil Ceuta u lil Melilla fost id-destinazzjonijiet miġbura taħt il-kodiċi ta’ destinazzjonijiet L 01.

    Dispożittiv

    1)

    L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 909/2005, tas-16 ta’ Ġunju 2005, li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, huwa annullat sa fejn jinkludi lil Ceuta u lil Melilla fost id-destinazzjonijiet miġbura taħt il-kodiċi ta’ destinazzjonijiet L 01.

    2)

    Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 271, 29.10.2005.


    Top