This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52022AP0296
P9_TA(2022)0296 Exceptional macro-financial assistance to Ukraine ***I European Parliament legislative resolution of 7 July 2022 on the proposal for a decision of the European Parliament and of the Coucil providing exceptional macro-financial assistance to Ukraine (COM(2022)0450 — C9-0221/2022 — 2022/0213(COD)) P9_TC1-COD(2022)0213 Position of the European Parliament adopted at first reading on 7 July 2022 with a view to the adoption of Decision (EU) 2022/… of the European Parliament and of the Council providing exceptional macro-financial assistance to Ukraine
P9_TA(2022)0296 Assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2022 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna (COM(2022)0450 – C9-0221/2022 – 2022/0213(COD)) P9_TC1-COD(2022)0213 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta’ Lulju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna
P9_TA(2022)0296 Assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2022 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna (COM(2022)0450 – C9-0221/2022 – 2022/0213(COD)) P9_TC1-COD(2022)0213 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta’ Lulju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna
ĠU C 47, 7.2.2023, p. 297–297
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 47, 7.2.2023, p. 282–282
(GA)
7.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 47/297 |
P9_TA(2022)0296
Assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2022 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna (COM(2022)0450 – C9-0221/2022 – 2022/0213(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: L-ewwel qari)
(2023/C 47/33)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0450), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0221/2022), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-6 ta’ Lulju 2022, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P9_TC1-COD(2022)0213
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta’ Lulju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, d-Deċiżjoni (UE) 2022/1201.)