This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017TA1206(29)
Report on the annual accounts of the European Training Foundation for the financial year 2016, together with the Foundation’s reply
Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħrġ għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni
Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħrġ għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni
ĠU C 417, 6.12.2017, pp. 181–186
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
6.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 417/181 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħrġ għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni
(2017/C 417/29)
INTRODUZZJONI
|
1. |
Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (minn hawn ’il quddiem “il-Fondazzjoni”, magħrufa wkoll bħala l-“ETF”), li tinsab f’Turin, ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 (1) (tfassil mill-ġdid (KE) Nru 1339/2008). Il-kompitu tal-Fondazzjoni huwa li tappoġġa r-riforma tat-taħriġ vokazzjonali fil-pajjiżi msieħba tal-Unjoni Ewropea. Biex tagħmel dan, hija tassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta’ diversi programmi ta’ taħriġ vokazzjonali. |
|
2. |
It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Fondazzjoni (2). Tabella Iċ-ċifri ewlenin għall-fondazzjoni
|
|||||||||||||
INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
|
3. |
L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Fondazzjoni. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment. |
|
OPINJONI
Affidabbiltà tal-kontijiet Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet Dħul Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet
Pagamenti Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ dawk inkarigati mill-governanza
Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi
|
|
16. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti. |
KUMMENTI DWAR ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA U DWAR IL-PRESTAZZJONI
|
17. |
Fl-2016 twettqet evalwazzjoni esterna tal-Fondazzjoni, f’isem il-Kummissjoni. Dan kien l-ewwel pass f’evalwazzjoni trasversali tal-erba’ aġenziji li jaħdmu fil-qasam tal-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni (7). L-evalwazzjoni kkonkludiet li r-riorganizzazzjoni konsiderevoli li saret fl-ETF mill-2011 ’il hawn ma kellhiex effetti negattivi sinifikanti u tqieset bħala pass pjuttost pożittiv mill-partijiet interessati, kemm dawk interni kif ukoll dawk esterni, speċjalment f’termini ta’ strateġija u effettività. Il-governanza tal-ETF tqieset bħala effiċjenti u effettiva. L-evalwazzjoni tenfasizza wkoll il-fatt li l-ETF kompliet issaħħaħ il-kapaċità tagħha ta’ monitoraġġ mill-2011 ’il hawn iżda li għad hemm lok biex tingħata stampa aktar ċara tal-attivitajiet u l-kisbiet tagħha. L-unifikazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-indikaturi madwar loġika ta’ intervent waħdanija, u l-użu ta’ terminoloġija komuni fl-organizzazzjoni kollha, jgħinu biex is-sitwazzjoni tittejjeb. Il-Fondazzjoni ħejjiet pjan għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-evalwaturi. |
KUMMENTI OĦRA
|
18. |
Fir-Rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena 2011, il-Qorti diġà kienet enfasizzat il-fatt li s-sitwazzjoni rigward il-bini tal-Fondazzjoni mhijiex sodisfaċenti u hemm ir-riskju li twassal għall-interruzzjoni tal-attivitajiet. Is-sitwazzjoni tibqa’ waħda ta’ status quo peress li l-Konsorzju li kien qed jimmaniġġja u jokkupa parti mill-kumpless ġie llikwidat fl-2011 u ħalla parti mill-kumpless vojt. Hemm ħtieġa urġenti biex il-pajjiż ospitanti jsib soluzzjoni għal din il-kwistjoni. Skont il-ftehim mal-pajjiż ospitanti, faċilitajiet xierqa huma garantiti sal-2027. |
SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI
|
19. |
Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-12 ta’ Settembru 2017.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Klaus-Heiner LEHNE
President
(1) ĠU L 131, 23.5.1990, p. 1.
(2) Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Fondazzjoni hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.etf.europa.eu.
(3) Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.
Sors: data pprovduta mill-Fondazzjoni.
(4) Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.
(5) Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.
(6) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(7) L-Aġenziji l-oħra li se jkunu koperti huma l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Dublin), l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (Bilbao) u ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali (Salonka).
ANNESS
Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti
|
Sena |
Kummenti tal-Qorti |
Status tal-azzjoni korrettiva (Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A) |
|
2013 |
Fi tmiem l-2013, il-Fondazzjoni kellha EUR 7,5 miljun f’kontijiet f’bank wieħed bi klassifikazzjoni baxxa tal-kreditu (F3, BBB) (1). |
Ikkompletata |
(1) Ammont imnaqqas għal EUR 1,8 miljun.
IT-TWEĠIBIET TAL-FONDAZZJONI
L-Aġenzija ħa nota tar-rapport tal-Qorti.