EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012XP0129

Ħut bħala ġid komuni Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 18 ta' April 2012 dwar il-ħut bħala ġid komuni

ĠU C 258E, 7.9.2013, p. 51–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 258/51


L-Erbgħa 18 ta’ April 2012
Ħut bħala ġid komuni

P7_TA(2012)0129

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2012 dwar il-ħut bħala ġid komuni

2013/C 258 E/05

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 117 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS) tal-1982, li jistabbilixxi li 'L-Istati kollha għandhom id-dmir li jieħdu, jew li jikkooperaw ma' Stati oħra biex jieħdu (…) miżuri (…) neċessarji għall-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-ibħra miftuħa',

wara li kkunsidra l-Ftehim tal-1993 li jippromwovi l-konformità tal-bastimenti tas-sajd fl-ibħra miftuħa mal-miżuri internazzjonali ta’ konservazzjoni u ġestjoni, u l-Kodiċi ta' Kondotta tal-FAO għas-Sajd Responsabbli tal-1995,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-konsum globali medju tal-ħut laħaq rekord ta' 17-il kilogramma għal kull persuna kull sena u billi l-ħut jipprovdi aktar minn 15 % tal-konsum ta' proteini lil aktar minn 3 biljun ruħ;

B.

billi s-sostenibbiltà globali tas-sajd hija prerekwiżit għall-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut u għall-aċċess tal-ġenerazzjonijiet futuri għal dan ir-riżors marittimu imprezzabbli, u billi l-konċentrazzjoni tal-attività tas-sajd f'idejn is-settur privat iġġib magħha effetti negattivi qawwija;

C.

billi hemm bżonn ta' azzjoni globali biex nipproteġu dan ir-riżors u niżguraw li jitqies bħala ġid komuni, waqt li niżguraw ukoll distribuzzjoni ekwa tal-benefiċċji kollettivi relatati;

1.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippromwovi azzjoni leġiżlattiva, fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri, dwar l-importanza tal-ħut bħala ġid komuni globali, timplimenta l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni tar-riżorsi marittimi, tiżgura aċċess għal dawn ir-riżorsi u użu sostenibbli tagħhom – permezz ta' koordinazzjoni internazzjonali – u tniedi kampanja ta' informazzjoni għaċ-ċittadini tal-UE;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji (1), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  Il-lista ta' firmatarji hija ppubblikata fl-Anness 1 għall-Minuti tat-18 ta' April 2012 (P7_PV(2012)04-18(ANN1)).


Top