EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012PC0115

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet li ġew konklużi mill-UE wara negozjati li saru fil-qafas tal-Artikolu XXVIII tal-Ftehim tal-1994 tal-GATT u li jemenda u jissupplimenta l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana

/* COM/2012/0115 final - 2012/0054 (COD) */

52012PC0115

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet li ġew konklużi mill-UE wara negozjati li saru fil-qafas tal-Artikolu XXVIII tal-Ftehim tal-1994 tal-GATT u li jemenda u jissupplimenta l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana /* COM/2012/0115 final - 2012/0054 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

In-negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim tal-1994 tal-GATT dwar it-tjur, li ġew konklużi fl-2007 (ĠU L 138, 30.5.2007), koprew il-linji tariffarji dwar il-laħam tat-tjur li jaqgħu fi ħdan l-intestatura numru 0210 kif ukoll linja waħda dwar it-tjur ipproċessati bin-numru 1602 32 19 fl-Iskeda CXL tal-KE msejħa “preparazzjonijiet imsajrin li fihom iktar minn 57 % laħam tat-tjur”. Ġie maħsub li jekk in-negozjati jiġu llimitati għal-linja dwar it-tjur ipproċessati bin-numru 1602 32 19, dan kien se jkun biżżejjed biex jiġu evitati effetti potenzjali ta’ sostituzzjoni. Madankollu, id-dejta tal-importazzjoni ta’ wara wriet li kien hemm żieda qawwija fl-importazzjoni tal-laħam tat-tjur ipproċessat li jaqa’ fi ħdan il-linja tariffarja bin-numru 1602 32 30, imsejħa “preparazzjonijiet li fihom 25 % jew iktar tal-piż iżda inqas minn 57 % tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur”. Dan wera li l-esportaturi donnhom kienu qed jieħdu vantaġġ mid-differenza relattiva fil-livell ta’ protezzjoni tal-UE, u kienu qed jibdlu l-preparazzjonijiet tat-tjur li fihom iktar minn 57 % laħam tat-tjur bi preparazzjonijiet li fihom inqas minn 57 %, li jaqgħu fi ħdan il-linja tariffarja bin-numru 1602 32 30. Huma mistennija effetti ta’ sostituzzjoni simili għal dawn għal-linji tariffarji l-oħra li jaqgħu fi ħdan l-intestatura numru 1602 fil-ġejjieni. Sabiex dawn l-effetti ta’ sostituzzjoni, li jaffettwaw l-industrija tat-tjur tal-UE, jiġu indirizzati b’mod sħiħ, il-Kummissjoni talbet lill-Kunsill jawtorizza n-negozjar mill-ġdid tal-konċessjonijiet dwar il-laħam tat-tjur li jaqa’ fi ħdan il-Kapitolu 16 tan-Nomenklatura Magħquda.

Fil-25 ta’ Mejju 2009, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim tal-1994 tal-GATT (il-proposta COM 8615/09 WTO 72 AGRI 166) bil-għan li l-konċessjonijiet dwar il-linji tariffarji dwar il-laħam tat-tjur li jaqgħu fi ħdan il-Kapitolu 16 tan-Nomenklatura Magħquda jiġu nnegozjati mill-ġdid.

Fis-16 ta’ Ġunju 2009, il-komunikazzjoni dwar l-intenzjoni tal-UE li tibdel il-konċessjonijiet għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linji bin-numru 1602 20 10, 1602 32 11, 1602 32 30, 1602 32 90, 1602 39 21, 1602 39 29, 1602 39 40 u 1602 39 80 inklużi fl-Iskeda CXL tal-Komunitajiet Ewropej intbagħtet lill-membri l-oħra tal-WTO.

Il-Kummissjoni wettqet in-negozjati b’konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Politika Kummerċjali u fi ħdan il-qafas tad-direttivi dwar in-negozjati maħruġa mill-Kunsill.

Il-Kummissjoni nnegozjat mar-Repubblika Federali tal-Brażil u mar-Renju tat-Tajlandja, li t-tnejn għandhom interessi ewlenin tal-provvista u/jew interessi sostanzjali f’għadd ta’ linji tariffarji kkonċernati.

Il-Kummissjoni nnegozjat mar-Repubblika Federali tal-Brażil, li għandha interess ewlieni tal-provvista fi prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tas-sistema armonizzata (il-kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata (SA)) bin-numri 1602 32 11 (Laħam tat-tiġieġ ipproċessat, nej, li fih 57 % jew iktar tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur), 1602 32 30 (Laħam tat-tiġieġ ipproċessat, li fih 25 % jew iktar tal-piż iżda inqas minn 57 % tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur) u 1602 32 90 (Laħam tat-tiġieġ ipproċessat, li fih inqas minn 25 % tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur) u mar-Renju tat-Tajlandja, li għandu interess ewlieni tal-provvista fi prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tas-SA bin-numri 1602 39 21 (Laħam tal-papri, tal-wiżż u tal-farawn ipproċessat, nej, li fih 57 % jew iktar tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur), 1602 39 29 (Laħam tal-papri, tal-wiżż u tal-farawn ipproċessat, imsajjar, li fih 57 % jew iktar tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur), 1602 39 40 (Laħam tal-papri, tal-wiżż u tal-farawn ipproċessat, imsajjar, li fih iktar minn 25 % tal-piż iżda inqas minn 57 % tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur) u 1602 39 80 (Laħam tal-papri, tal-wiżż u tal-farawn ipproċessat, imsajjar, li fih inqas minn 25 % tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur) u li għandu interess sostanzjali fi prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tas-SA bin-numri 1602 32 30 (Laħam tat-tiġieġ ipproċessat, li fih iktar minn 25 % tal-piż iżda inqas minn 57 % tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur) u 1602 32 90 (Laħam tat-tiġieġ ipproċessat, li fih inqas minn 25 % tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur).

In-negozjati wasslu għal Ftehimiet fil-forma ta’ skambju ta’ ittri inizjalati mar-Renju tat-Tajlandja fit-22 ta’ Novembru 2011 u mar-Repubblika Federali tal-Brażil fis-7 ta’ Diċembru 2011.

Il-ftehimiet ġew innegozjati abbażi tal-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda li kienu fis-seħħ dak iż-żmien.

Fl-iktar verżjoni riċenti tal-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana [it-Tariffa Doganali Komuni], mogħtija fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011, ippubblikat fil-ĠU L 282 tat-28 ta’ Ottubru 2011, il-linji tariffarji bin-numri 1602 39 40 u 1602 39 80 iddaħħlu f’linja tariffarja waħda ġdida bin-numru 1602 39 85. Għalhekk huwa xieraq li dan ir-Regolament ta’ implimentazzjoni jkun jirrifletti din is-sitwazzjoni l-ġdida.

Dal-ħin, ir-rati awtonomi tad-dazji doganali għal-linji tariffarji koperti min-negozjati qegħdin f’livelli iktar baxxi mir-rati konvenzjonali tad-dazju l-ġodda li ġejjin mit-tibdil fil-konċessjonijiet skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim tal-1994 tal-GATT. Madankollu, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana [it-Tariffa Doganali Komuni], id-dazji doganali awtonomi japplikaw meta jkunu f’livelli iktar baxxi mid-dazji konvenzjonali.

Għalhekk, ir-rata awtonoma tad-dazju stabbilita fit-Tariffa Doganali Komuni għandha tiżdied għal-livell tad-dazju konvenzjonali mogħti f’dan ir-Regolament ta’ implimentazzjoni.

2.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Ara d-dokument finanzjarju mogħti fl-Anness.

2012/0054 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet li ġew konklużi mill-UE wara negozjati li saru fil-qafas tal-Artikolu XXVIII tal-Ftehim tal-1994 tal-GATT u li jemenda u jissupplimenta l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)       Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa nomenklatura ta’ merkanzija, minn hawn ’il quddiem imsejħa n-“Nomenklatura Magħquda”, u stipula r-rati konvenzjonali tad-dazju tat-Tariffa Doganali Komuni.

(2)       Bid-deċiżjoni … tiegħu dwar il-konklużjoni tal-Ftehimiet bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Brażil u bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja, il-Kunsill ikkonkluda, f’isem l-Unjoni, il-Ftehimiet imsemmija hawn fuq bil-għan li jingħalqu n-negozjati li nbdew skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim tal-1994 tal-GATT.

(3)       Il-ftehimiet ġew innegozjati abbażi tal-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda li kienu fis-seħħ dak iż-żmien.

(4)       Fl-iktar verżjoni riċenti tal-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana [it-Tariffa Doganali Komuni], mogħtija fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011, ippubblikat fil-ĠU L 282 tat-28 ta’ Ottubru 2011, il-linji tariffarji bin-numri 1602 39 40 u 1602 39 80 iddaħħlu f’linja tariffarja waħda ġdida bin-numru 1602 39 85. L-Anness għal dan ir-Regolament jirrifletti din is-sitwazzjoni l-ġdida.

(5)       Dal-ħin, ir-rati awtonomi tad-dazji doganali għal-linji tariffarji koperti min-negozjati qegħdin f’livelli iktar baxxi mir-rati konvenzjonali tad-dazju l-ġodda li ġejjin mit-tibdil fil-konċessjonijiet skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim tal-1994 tal-GATT. Madankollu, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana [it-Tariffa Doganali Komuni], id-dazji doganali awtonomi japplikaw meta jkunu f’livelli iktar baxxi mid-dazji konvenzjonali.

(6)       Għalhekk, ir-rata awtonoma tad-dazju stabbilita fit-Tariffa Doganali Komuni għandha tiżdied għal-livell tad-dazju konvenzjonali.

(7)       L-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 għandu jiġi emendat skont dan u d-dazji awtonomi u konvenzjonali għandhom jiġu stabbiliti fil-livell deċiż,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tieni parti tal-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 (l-iskeda tad-dazji doganali) għandha tiġi emendata bid-dazji mogħtija fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Id-dazji awtonomi għandhom jiġu stabbiliti fil-livell tad-dazji konvenzjonali.

Artikolu 2

L-Anness 7 għat-Taqsima III tat-tielet parti tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 (il-kwoti tariffarji tal-WTO li għandhom jinfetħu mill-Awtoritajiet Kompetenti tal-Komunità) għandu jiġi emendat bil-kwoti tariffarji u ssupplimentat bil-volumi u d-dazji mogħtija fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-[x][1].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha, skont it-Trattati.

Magħmula fi Brussel,

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

ANNESS

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies bħala kliem li għandu valur indikattiv biss, u l-konċessjonijiet fil-kuntest ta’ dan l-Anness qed jiġu stabbiliti permezz tal-kopertura tal-kodiċijiet tan-NM kif jeżistu meta jiġi adottat dan ir-Regolament.

It-tieni parti L-iskeda tad-dazji doganali

Il-kodiċi tan-NM || Deskrizzjoni || Rata tad-dazju (awtonoma u konvenzjonali)

1602 32 11 || Laħam tat-tiġieġ ipproċessat, nej, li fih 57 % jew iktar tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur || EUR 2 765 għal kull tunnellata

1602 32 30 || Laħam tat-tiġieġ ipproċessat, li fih 25 % jew iktar tal-piż iżda inqas minn 57 % tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur || EUR 2 765 għal kull tunnellata

1602 32 90 || Laħam tat-tiġieġ ipproċessat, li fih inqas minn 25 % tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur || EUR 2 765 għal kull tunnellata

1602 39 21 || Laħam tal-papri, tal-wiżż u tal-farawn ipproċessat, nej, li fih 57 % jew iktar tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur || EUR 2 765 għal kull tunnellata

1602 39 29 || Laħam tal-papri, tal-wiżż u tal-farawn ipproċessat, imsajjar, li fih 57 % jew iktar tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur || EUR 2 765 għal kull tunnellata

1602 39 85 || Laħam tal-papri, tal-wiżż u tal-farawn ipproċessat, li fih inqas minn 57 % tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur || EUR 2 765 għal kull tunnellata

|| ||

It-tielet parti Annessi tat-tariffi

Il-kodiċi tan-NM || Deskrizzjoni || Rata tad-dazju

1602 32 11 || Laħam tat-tiġieġ ipproċessat, nej, li fih 57 % jew iktar tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur || Ftuħ ta’ kwota tariffarja ta’ 16 140 tunnellata, li 15 800 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati għall-Brażil Ir-rata fil-kwota: EUR 630 għal kull tunnellata

1602 32 30 || Laħam tat-tiġieġ ipproċessat, li fih 25 % jew iktar tal-piż iżda inqas minn 57 % tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur || Ftuħ ta’ kwota tariffarja ta’ 79 705 tunnellata, li 62 905 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati għall-Brażil u 14 000 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati għat-Tajlandja Ir-rata fil-kwota: 10.9 %

1602 32 90 || Laħam tat-tiġieġ ipproċessat, li fih inqas minn 25 % tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur || Ftuħ ta’ kwota tariffarja ta’ 2 865 tunnellata, li 295 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati għall-Brażil u 2 100 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati għat-Tajlandja Ir-rata fil-kwota: 10.9 %

1602 39 21 || Laħam tal-papri, tal-wiżż u tal-farawn ipproċessat, nej, li fih 57 % jew iktar tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur || Ftuħ ta’ kwota tariffarja ta’ 10 tunnellati allokati għat-Tajlandja Ir-rata fil-kwota: EUR 630 għal kull tunnellata

1602 39 29 || Laħam tal-papri, tal-wiżż u tal-farawn ipproċessat, imsajjar, li fih 57 % jew iktar tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur || Ftuħ ta’ kwota tariffarja ta’ 13 720 tunnellata, li 13 500 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati għat-Tajlandja Ir-rata fil-kwota: 10.9 %

Dak li qabel kien il-kodiċi 1602 39 85 || Laħam tal-papri, tal-wiżż u tal-farawn ipproċessat, li fih 25 % jew iktar tal-piż iżda inqas minn 57 % tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur || Ftuħ ta’ kwota tariffarja ta’ 748 tunnellata, li 600 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati għat-Tajlandja Ir-rata fil-kwota: 10.9 %

Dak li qabel kien il-kodiċi 1602 39 85 || Laħam tal-papri, tal-wiżż u tal-farawn ipproċessat, li fih inqas minn 25 % tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur || Ftuħ ta’ kwota tariffarja ta’ 725 tunnellata, li 600 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati għat-Tajlandja Ir-rata fil-kwota: 10.9 %

Id-deskrizzjoni eżatta tat-tariffi tal-Iskeda tal-WTO tal-UE għandha tapplika għal-linji tariffarji kollha u għall-kwoti tariffarji kollha mogħtija hawn fuq.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA || Fichefin/11/ 1163357 DDG/GM/nh 6.146.2011.1

|| DATA: 6.10.2011

1. || INTESTATURA TAL-BAĠIT: Il-Kapitolu 12 – Id-dazji doganali u dazji oħrajn || APPROPRJAZZJONIJIET: Fl-abbozz tal-baġit għall-2012: EUR 19 171.2 miljun

2. || TITLU: Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet li ġew konklużi mill-UE wara negozjati li saru fil-qafas tal-Artikolu XXVIII tal-Ftehim tal-1994 tal-GATT u li jemenda u jissupplimenta l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana.

3. || BAŻI LEGALI: It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikoli 207 u 218 tiegħu.

4. || GĦANIJIET: Li jiġu implimentati l-Ftehimiet bejn l-UE u l-Brażil u l-UE u t-Tajlandja dwar l-importazzjonijiet sabiex jiġu indirizzati l-effetti ta’ sostituzzjoni tal-importazzjonijiet li jaffettwaw l-industrija tat-tjur tal-UE.

5. || IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI || FUQ PERJODU TA’ 12-IL XAHAR (f’miljuni ta’ EUR) || GĦAS-SENA FINANZJARJA ATTWALI – L-2011 (f’miljuni ta’ EUR) || GĦAS-SENA FINANZJARJA LI JMISS – L-2012 (f’miljuni ta’ EUR)

5.0 || INFIQ -               MAĦRUĠ MILL-BAĠIT TAL-KE (GĦAR-RIFUŻJONIJIET/GĦALL-INTERVENTI) -               MAĦRUĠ MILL-AWTORITAJIET NAZZJONALI -               MAĦRUĠ MINN SORSI OĦRAJN || - || - || -

5.1 || DĦUL -               MIR-RIŻORSI PROPRJI TAL-KE (MILL-IMPOSTI/MID-DAZJI DOGANALI) -               FIL-LIVELL NAZZJONALI || - || - || - 1.4

|| || FL-2013 || FL-2014 || FL-2015

5.0.1 || STIMA TAL-INFIQ || || ||

5.1.1 || STIMA TAD-DĦUL || - || - || -

5.2 || METODU TAL-KALKOLU: -

6.0 || IL-PROĠETT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT MILL-APPROPRJAZZJONIJIET IMDAĦĦLIN FIL-KAPITOLU RILEVANTI TAL-BAĠIT ATTWALI? || IVA LE

6.1 || IL-PROĠETT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT PERMEZZ TA’ TRASFERIMENT BEJN IL-KAPITOLI TAL-BAĠIT ATTWALI? || IVA LE

6.2 || SE JKUN MEĦTIEĠ BAĠIT SUPPLIMENTARI? || IVA LE

6.3 || SE JKUN MEĦTIEĠ LI JIDDAĦĦLU APPROPRJAZZJONIJIET F’BAĠITS FUTURI? || IVA LE

OSSERVAZZJONIJIET: Wara negozjati li nbdew f’nofs l-2009 mal-Brażil u mat-Tajlandja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim tal-1994 tal-GATT, il-miżura għandha l-għan li timplimenta l-Ftehimiet bejn l-UE u l-Brażil u l-UE u t-Tajlandja dwar l-importazzjonijiet* sabiex jiġu indirizzati l-effetti ta’ sostituzzjoni tal-importazzjonijiet li jaffettwaw l-industrija tat-tjur tal-UE. L-implimentazzjoni tal-ftehimiet għandha x’taqsam: - ma’ żieda fir-rati barra mill-kwota għal seba’ linji tariffarji dwar il-laħam tat-tjur ipproċessat, u - mal-ftuħ ta’ kwoti tariffarji għall-istess seba’ linji tariffarji dwar il-prodotti tal-laħam tat-tjur ipproċessat għall-Brażil, għat-Tajlandja u għal pajjiżi oħrajn. Il-volum tal-importazzjonijiet tal-kwota huwa simili għall-kwantità importata qabel ma’ saru dawn il-ftehimiet. M’hemm l-ebda effett fuq il-bilanċ tas-suq intern li jista’ jwassal għall-bżonn li jintużaw strumenti tas-suq. F’każ li jkun hemm l-importazzjoni tal-kwota totali mogħtija f’dan l-abbozz tar-Regolament, jista’ jiġi stmat li l-miżura tista’ twassal għal tnaqqis fir-riżorsi proprji ta’ ammont nett ta’ madwar EUR 1.4 miljun, wara li jitnaqqsu l-25 % miżmuma mill-Istati Membri għall-ispejjeż tal-ġbir. * Id-Dikjarazzjoni Finanzjarja tal-konklużjoni tal-Ftehim: in-numru 1163256/2011.

[1]               Id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament għandha tkun dik tad-dħul fis-seħħ taż-żewġ ftehimiet. Sabiex ikun żgurat li ż-żewġ ftehimiet jidħlu fis-seħħ fl-istess jum, in-notifika li dwarha hemm dispożizzjoni fil-ftehimiet dwar il-fatt li l-Unjoni tkun ikkonkludiet il-proċeduri interni tagħha m’għandhiex issir qabel ma tkun irċeviet in-notifiki kemm min-naħa tat-Tajlandja kif ukoll min-naħa tal-Brażil. Iż-żewġ notifiki min-naħa tal-Unjoni mbagħad għandhom isiru fl-istess jum.

Top