This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009XX1205(04)
Notice of application for an oil and gas exploration licence designated the Biancavilla licence — Republic of Italy — Region of Sicily — Regional Ministry of Industry — Regional Department of Industry and Mining — Regional Office for Hydrocarbons and Geothermal Energy (U.R.I.G.)
Avviż ta' applikazzjoni għal liċenzja għat-tiftix għaż-żejt u l-gass bl-isem Biancavilla – Ir-Repubblika Taljana – Ir-Reġjun ta' Sqallija – Ministeru Reġjonali għall-Industrija – Id-Dipartiment Reġjonali għall-Industrija u għall-Minjieri – L-Uffiċċju Reġjonali għall-Idrokarburi u l-Enerġija Ġeotermika (U.R.I.G.)
Avviż ta' applikazzjoni għal liċenzja għat-tiftix għaż-żejt u l-gass bl-isem Biancavilla – Ir-Repubblika Taljana – Ir-Reġjun ta' Sqallija – Ministeru Reġjonali għall-Industrija – Id-Dipartiment Reġjonali għall-Industrija u għall-Minjieri – L-Uffiċċju Reġjonali għall-Idrokarburi u l-Enerġija Ġeotermika (U.R.I.G.)
ĠU C 296, 5.12.2009, p. 28–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 296/28 |
AVVIŻ TA' APPLIKAZZJONI GĦAL LIĊENZJA GĦAT-TIFTIX GĦAŻ-ŻEJT U L-GASS BL-ISEM BIANCAVILLA
IR-REPUBBLIKA TALJANA – IR-REĠJUN TA' SQALLIJA
MINISTERU REĠJONALI GĦALL-INDUSTRIJA – ID-DIPARTIMENT REĠJONALI GĦALL-INDUSTRIJA U GĦALL-MINJIERI
L-UFFIĊĊJU REĠJONALI GĦALL-IDROKARBURI U L-ENERĠIJA ĠEOTERMIKA (U.R.I.G.)
2009/C 296/10
Il-Kumpanija EniMed – Eni Mediterranea Idrocarburi S.p.A bl-uffiċċju rreġistrat f'Gela (CL) Strada Statale 117 bis – Contrada Ponte Olivo (kodiċi postali 93012), ITALIA – Kodiċi Fiskali 12300000150, ir-rappreżentanta unika, b'sehem ta' 50 %, u l-kumpanija Edison S.p.A. bl-uffiċċju rreġistrat f'Milan, Foro Buonaparte 31, (kodiċi postali 20121), ITALIA b'sehem ta' 50 %, fit-12 ta' Ġunju 2009 applikaw b'mod konġunt mal-Ministeru tal-Industrija, l-awtorità kompetenti għall-għoti ta' drittijiet ta' tħaffir fir-Reġjun ta' Sqallija, bl-uffiċċju rreġistrat f'Palermo, Via Ugo La Malfa 87/89 (kodiċi postali 90146), ITALIA u talbu li tingħatalhom, skont il-Liġi tar-Reġjun ta' Sqallija Nru 14 tat-3 ta' Lulju 2000, bi traspożizzjoni u applikazzjoni tad-Direttiva 94/22/KE, il-liċenzja għat-tiftix għaż-żejt u l-gass tradizzjonalment imsejħa “Biancavilla”, f'żona ta' estensjoni ta' 7 400 ettari (km2 74 00) li tinsab fiċ-ċentru tal-Lvant ta' Sqallija fit-territorju tal-provinċji ta' Enna u Catania. Din iż-żona, fit-Tramuntana tagħha tmiss maż-żona tal-liċenzja “Paterno” (Edison 100 %) u fid-direzzjonijiet l-oħra tmiss ma' żoni mingħajr liċenzja.
Għall-provinċja ta' Enna l-Muniċipalitajiet involuti huma: Centuripe u Regalbuto. Għall-provinċja ta' Catania l-Muniċipalitajiet involuti huma: Adrano, Biancavilla, Santa Maria di Licodia u Regalna.
Il-perimetru taż-żona li dwarha saret it-talba għal liċenzja jifforma poligonu magħmul minn biċċiet ta' linji kontinwi bejn il-vertiċi “A”, “B”, “C”, “D” u “E”.
Dawn il-vertiċi huma definiti hekk:
A. |
Il-punt li jinsab fuq ix-xifer tax-xlokk tad-dar li tinsab f'altitudni ta' 457m, 420 metru fil-grigal ta' Contrada Grotte Rosse. |
B. |
Il-punt li jinsab fuq ix-xifer tal-majjistral tad-dar li tinsab f'altitudni ta' 648m fil-Contrada Grotte Rosse |
C. |
Il-punt li jinsab fuq ix-xifer tax-xlokk tad-dar li tinsab f'altitudni ta' 615m ta' C. Ingiulla, 400 metru fil-majjistral ta' Chiusa di Don Ascenzio. |
D. |
Il-punt fejn jiltaqgħu t-toroq li jagħtu għal Villaggio S. Francesco fuq it-triq minn S. Maria Licodia sa Ragalna Ovest, li huwa identiku mal-punt “B” tal-liċenzja ta' “Paternò”. |
E. |
Il-punt li jinsab fil-kampnar tal-knisja ta’ S. Maria della Croce f'Regalbuto, identiku għall-punt “A” tal-liċenzja ta’ “Paternò”. |
Koordinati ġeografiċi
Vertiċi |
Latitudni N |
Lonġitudni E (M. Mario) |
A |
37°41′37″,562 |
2°22′21″,065 |
B |
37°40′45″,437 |
2°23′19″,485 |
C |
37°39′07″,573 |
2°25′33″,957 |
D |
37°37′51″,000 |
2°28′53″,000 |
E |
37°38′57″,367 |
2°11′20″,230 |
Dawk kollha li huma interessati jistgħu jressqu l-applikazzjoni tagħhom għal liċenzja fl-istess żona fi żmien 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; l-applikazzjonijiet li jaslu wara din l-iskadenza jiġu ddikjarati nulli. Id-Digriet li bih jingħata l-permess għat-tiftix jinħareġ fi żmien sitt xhur mill-aħħar data ammissibbli għall-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet minn entitajiet f'kompetizzjoni. B'referenza għall-Artikolu 5 (1) tad-Direttiva 94/22/KE, qed jiġi mgħarraf ukoll li l-kriterji li fuqhom jingħataw il-liċenzji għat-tiftix, il-liċenzji ta' riċerka u l-konċessjonijiet ta' produzzjoni diġà ġew ippubblikati fil-ħarġa tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea Nru C 396 tad-19 ta' Diċembru 1998, b'referenza għad-dispożizzjonijiet tad-Digriet Leġiżlattiv tal-President tar-Repubblika Nru 625 tal-25 ta' Novembru 1996 (ippubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana, Nru 293, tal-14 ta' Diċembru 1996), li tittrasponi u timplimenta fl-ordinament ġuridiku Taljan id-Direttiva msemmija hawn fuq, u speċifikati mil-Liġi tar-Reġjun ta' Sqallija Nru 14, tat-3 ta' Lulju 2000, li diġà ssemmiet (ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Reġjun ta' Sqallija Nru 32, tas-7 ta' Lulju 2000).
Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li għandhom x’jaqsmu mal-eżerċizzju jew il-waqfien tal-attività huma stabbiliti mil-Liġi tar-Reġjun ta' Sqallija Nru 14, tat-3 ta' Lulju 2000, li ssemmiet hawn fuq, kif ukoll mill-ispeċifikazzjonijiet standard (id-Disciplinare Tipo) bl-Atti Nru 91 u Nru 88 maħruġa fit-30 ta' Ottubru 2003 u fl-20 ta' Ottubru 2004 rispettivament, mid-Direttur Reġjonali għall-Industrija, u ppubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Reġjun ta' Sqallija rispettivament fl-14 ta' Novembru 2003 l-Parti I Nru 49 u fil-5 ta' Novembru 2004 l-Parti I Nru 46.
Id-dokumentazzjoni tal-applikazzjoni hija disponibbli għand: l'Ufficio Regionale per gli Idrocarburi e la Geotermia del Dipartimento Regionale dell’Industria e delle Miniere, Via Ugo La Malfa 101 kodiċi postali 90146 Palermo PA, ITALIA, għall-użu ta' dawk interessati u li jixtiequ jarawha.
Palermo, it-23 ta' Ottubru 2009.
L-Inġinier prinċipali
Dr. Ing. Salvatore GIORLANDO