Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009IP0347

    Olimpijadi Speċjali fl-Unjoni Ewropea Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-appoġġ għall-Olimpijadi Speċjali fl-Unjoni Ewropea

    ĠU C 212E, 5.8.2010, p. 123–123 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.8.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 212/123


    It-Tlieta, 5 ta’ Mejju 2009
    Olimpijadi Speċjali fl-Unjoni Ewropea

    P6_TA(2009)0347

    Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-appoġġ għall-Olimpijadi Speċjali fl-Unjoni Ewropea

    2010/C 212 E/20

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li ikkunsidra l-Artikolu 116 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    A.

    billi l-Olimpijadi Speċjali fl-Ewropa jagħtu opportunitajiet sportivi u soċjali lill-adulti u lit-tfal b'diżabilitajiet intellettwali,

    B.

    billi l-programmi tal-Olimpijadi Speċjali ġew stabiliti f'kull Stat Membru, bis-sehem ta' nofs miljun atleta,

    C.

    billi l-Olimpijadi Speċjali jimplimentaw il-politika tal-UE ta' kuljum, billi jippromwovu l-isport u l-volontarjat fuq kull naħa tal-fruntieri, billi jfarrku l-isterjotipi dwar id-diżabilità, permezz tal-forniment tas-saħħa pubblika u billi jinkludi nies marġinalizzati f'attivitajiet soċjali,

    D.

    billi l-Olimpijadi Speċjali Ewropa se jkunu qed jospitaw żewġ avvenimenti ewlenin li se jsiru dalwaqt: fl-2010 l-Logħob tas-Sajf tal-Olimpijadi Speċjali Ewropej se jkunu qed isiru f'Varsavja, il-Polonja, u fl-2011, il-Logħob tas-Sajf tal-Olimpijadi Speċjali Dinjin se jkunu qed isiru f'Ateni, il-Greċja,

    E.

    billi l-UE appoġġjat finanzjarjament il-Logħob tas-Sajf tal-Olimpijadi Speċjali Dinjin fl-Irlanda li saru fl-2003,

    1.

    Jikkunsidra li l-għoti tas-servizzi tal-Olimpijadi Speċjali f'livelli lokali, nazzjonali u internazzjonali jjitlob finanzjament sinifikattiv;

    2.

    Jinnota li l-Olimpijadi Speċjali Ewropa qed ifittxu assistenza finanzjarja mill-Kummissjoni Ewropea biex jgħinu fl-iffinanzjar tal-Logħob Ewropew f'Varsavja fl-2010 u l-Logħob Dinji f'Ateni fl-2011;

    3.

    Jagħraf il-benefiċċji għall-atleti, il-familji u l-komunità aktar wiesgħa li se joħorġu minn dawn il-ġrajjiet li jkunu qed isiru fl-Ewropa;

    4.

    Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tappoġġja l-logħob ta' Varsavja fl-2010 u ta' Ateni fl-2011;

    5.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Parlamenti tal-Istati Membri.


    Top