Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AP0352

L-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas- 6 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (COM(2009)0038 – C6-0051/2009 – 2009/0011(CNS))

ĠU C 212E, 5.8.2010, p. 250–257 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 212/250


L-Erbgħa, 6 ta’ Mejju 2009
L-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) *

P6_TA(2009)0352

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (COM(2009)0038 – C6-0051/2009 – 2009/0011(CNS))

2010/C 212 E/37

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0038),

wara li kkunsidra l-Artikoli 36 u 37 tat-Trattat KE, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0051/2009),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikultura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali(A6-0259/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jirrikonoxxi li hemm inċertezzi rigward id-disponibilità tal-marġini fl-intestatura 2; jenfasizza li l-finanzjament tal-pjan ta' rkupru ekonomiku m'għandux iqiegħed f'riskju l-bżonnijiet fil-ġejjieni f'dik il-kategorija tal-infiq; jesprimi l-preferenza tiegħu li jintużaw il-marġini tas-snin baġitarji li waslu biex jagħlqu;

3.

Ifakkar li l-ammont annwali se jkun deċiż fil-proċedura baġitarja annwali, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Punt 38 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 (1);

4.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

5.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

6.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 1 a (ġdida)

 

(1a)

L-iffinanzjar tal-pjan Ewropew għall-irkupru ekonomiku għandu jsir b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u amministrazzjoni finanzjarja fis-sod (2).

Emenda 2

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 1 b (ġdida)

 

(1b)

Il-marġini attwali fl-intestatura 2 ma jistgħux jitqiesu bħala fatt ċert u kull ftehima dwar il-pjan ta' rkupru ekonomiku ma għandhiex tpoġġi fir-riskju l-ħtiġijiet futuri ta' ebda kategorija tan-nefqa.

Emenda 3

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 2

(2)

Minn dan l-ammont, EUR 1.5 biljun għandhom ikunu disponibbli għall-Istati Membri kollha permezz tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) bil-għan li jiġi żviluppat l-internet tal-broadband f'żoni rurali u li jissaħħu l-operazzjonijiet marbuta mal-prijoritajiet stipulati fl-Artikolu 16a(1)(a) sa (f) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (minn issa 'l quddiem “sfidi ġodda”).

(2)

Minn dan l-ammont, EUR 1 020 miljun għandhom ikunu disponibbli għall-Istati Membri kollha permezz tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) bil-għan li jiġi żviluppat l-internet tal-broadband f'żoni rurali u li jissaħħu l-operazzjonijiet marbuta mal-prijoritajiet stipulati fl-Artikolu 16a(1)(a) sa (f) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (minn issa 'l quddiem “sfidi ġodda”). Minn dan l-ammont, EUR 850 miljun għandhom ikunu disponibbli fl-2009, filwaqt li EUR 170 miljun għandhom jiġu ggarantiti permezz ta' mekkaniżmu fil-kuntest tal-konċiljazzjoni fuq il-baġit 2010 u għandhom ikunu disponibbli fl-2010.

Emenda 4

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 2 a (ġdida)

 

(2a)

L-awtorità baġitarja żiedet il-linja baġitarja tal-2009 għall-iżvilupp rurali b'EUR 249 840 000. Dawn il-fondi addizzjonali għandhom ikunu disponibbli għall-miżuri ffinanzjati skont il-FAEŻR fil-Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku.

Emenda 5

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 4

(4)

Sabiex jiġi żgurat li t-tqassim tal-kontribuzzjoni Komunitarja addizzjonali f'kull Stat Membru tintuża b'konsistenza mal-għanijiet taż-żewġ pakketti ta' politika (sfidi ġodda u l-internet tal-broadband), l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw fil-pjanijiet strateġiċi nazzjonali l-ammont indikattiv li jirriżulta mill-modulazzjoni obbligatorja flimkien mal-fondi mhux użati ġġenerati taħt l-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru … u ż-żieda fl-impenji globali kif stipulati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/493/KE kif emendata bid-Deċiżjoni … Dawn l-ammonti jkunu allokati għall-infrastruttura tal-internet tal-broadband f'żoni rurali minn naħa waħda u għall-“isfidi l-ġodda” min-naħa l-oħra .

(4)

Sabiex jiġi żgurat li t-tqassim tal-kontribuzzjoni Komunitarja addizzjonali f'kull Stat Membru tintuża b'konsistenza mal-għanijiet taż-żewġ pakketti ta' politika (sfidi ġodda u l-internet tal-broadband), l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw fil-pjanijiet strateġiċi nazzjonali l-ammont indikattiv li jirriżulta mill-modulazzjoni obbligatorja flimkien mal-fondi mhux użati ġġenerati taħt l-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru … u ż-żieda fl-impenji globali kif stipulati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/493/KE kif emendata bid-Deċiżjoni… Dawn l-ammonti jkunu allokati għall-infrastruttura tal-internet tal-broadband f'żoni rurali, għall-“isfidi l-ġodda”, u għal miżuri oħra li għandhom l-għan li jtejbu l-użu tal-fondi u joħolqu impjiegi ġodda .

Emenda 6

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 4 a (ġdida)

 

(4a)

Sabiex jiżdiedu l-impenji fir-rigward tal-programmi tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jużaw il-fondi addizzjonali bħala garanzija u fond għas-self.

Emenda 7

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 6

(6)

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2008 jfakkru l-appoġġ tal-Kunsill Ewropew taħt l-EERP, b'mod partikolari, l-iżvilupp tal-internet tal-broadband, inkluż f'żoni li mhumiex moqdija tajjeb. Minħabba li ż-żoni rurali kemm-il darba jbatu minn nuqqasijiet fl-aċċess għall-internet, l-appoġġ għall-infrastrutturi tal-broadband fiż-żoni rurali għandu jissaħħaħ taħt l-appoġġ għall-FAEŻR. Fid-dawl tal-importanza ta' din il-prijorità, fil-programmi tagħhom, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal operazzjonijiet marbuta ma’ din il-prijorità sa tmiem l-2009. Lista tat-tipi ta' operazzjonijiet marbuta mal-infrastrutturi tal-broadband għandha tiġi stabbilita sabiex tgħin lill-Istati Membri jidentifikaw l-operazzjonijiet rilevanti fil-kuntest tal-qafas legali għall-iżvilupp rurali.

(6)

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2008 jfakkru l-appoġġ tal-Kunsill Ewropew taħt l-EERP, b'mod partikolari, l-iżvilupp tal-internet tal-broadband, inkluż f'żoni li mhumiex moqdija tajjeb. Minħabba li z-zoni rurali kemm-il darba jbatu minn nuqqasijiet fl-aċċess għall-internet, l-appoġġ għall-infrastrutturi tal-broadband u faċilitajiet relatati fiz-zoni rurali għandu jissaħħaħ taħt l-appoġġ għall-FAEŻR. Fid-dawl tal-importanza ta' din il-prijorità, fil-programmi tagħhom, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal operazzjonijiet marbuta ma’ din il-prijorità sa tmiem l-2009. Lista tat-tipi ta' operazzjonijiet marbuta mal-infrastrutturi u l-faċilitajiet tal-broadband għandha tiġi stabbilita sabiex tgħin lill-Istati Membri jidentifikaw l-operazzjonijiet rilevanti fil-kuntest tal-qafas legali għall-iżvilupp rurali.

Emenda 8

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 10

(10)

Iż-żoni rurali ta' spiss tonqoshom l-infrastruttura tal-broadband, kemm fuq skala żgħira kif ukoll fuq skala kbira. Din tal-aħħar tista' tkun kruċjali biex jinqdew żoni rurali inqas aċċessibbli. Sabiex jiġi żgurat l-użu l-aktar effikaċi tar-riżorsi disponibbli u sabiex ikun jista' jseħħ l-iżvilupp sostantiv tal-internet tal-broadband fiż-żoni rurali, l-operazzjonijiet pertinenti għandhom jitqiesu bħala eliġibbli mingħajr limitu fuq id-daqs tal-infrastruttura relatata. Għalhekk, il-limitu li jeżisti fid-daqs għall-infrastruttura tas-servizzi bażiċi għall-ekonomija u l-popolazzjoni rurali m'għandux jeżisti għall-operazzjonijiet marbuta mal-infrastrutturi tal-broadband.

(10)

Iż-żoni rurali ta' spiss tonqoshom l-infrastruttura tal-broadband, kemm fuq skala żgħira kif ukoll fuq skala kbira. Din tal-aħħar hija kruċjali biex jinqdew zoni rurali inqas aċċessibbli bħal gżejjer u reġjuni muntanjużi . Sabiex jiġi żgurat l-użu l-aktar effikaċi tar-riżorsi disponibbli u tal-infrastruttura eżistenti u sabiex ikun jista' jseħħ l-iżvilupp sostantiv tal-internet tal-broadband u tal-faċilitajiet fiż-żoni rurali, l-operazzjonijiet pertinenti għandhom jitqiesu bħala eliġibbli mingħajr limitu fuq id-daqs tal-infrastruttura relatata attiva jew passiva jew parti minnha . Għalhekk, il-limitu li jeżisti fid-daqs għall-infrastruttura tas-servizzi bażiċi għall-ekonomija u l-popolazzjoni rurali m'għandux jeżisti għall-operazzjonijiet marbuta mal-infrastrutturi tal-broadband.

Emenda 9

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 11 a (ġdida)

 

(11a)

Meta jitqies il-bżonn għal reazzjoni malajr fir-rigward tal-kriżi ekonomika attwali, huwa xieraq li jsiru previżjonijiet għal ħlas li jista' jsir fis-sena baġitarja 2009.

Emenda 10

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 13 a (ġdida)

 

(13a)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni speċifika tkun disponibbli għall-awtoritajiet reġjonali u lokali u għall-benefiċjarji potenzjali fir-rigward tal-opportunitajiet ġodda offruti mill-programmi riveduti tal-iżvilupp rurali.

Emenda 11

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 13 b (ġdida)

 

(13b)

Għandhom jiġu stabbiliti miżuri speċjali biex ikunu jistgħu jingħataw korsijiet edukattivi u taħriġ dwar l-użu tal-infrastrutturi u l-faċilitajiet tal-broadband f'komunitajiet rurali, b'attenzjoni speċjali għat-taħriġ vokazzjonali ta' esperti fl-agrikultura, biex imbagħad ikunu jistgħu jintużaw il-ħiliet prattiċi tagħhom. F'dan ir-rigward, l-istimulazzjoni tas-settur tar-riċerka għandha tiġi kkunsidrata bħala prijorità;

Emenda 12

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Artikolu 16a – paragrafu 1 – punt g

(g)

l-infrastruttura tal-internet tal-broadband fiż-żoni rurali.

(g)

l-infrastruttura tal-internet tal-broadband fiz-zoni rurali u faċilitajiet għall-aċċess pubbliku għall-internet f'komunitajiet rurali .

Emenda 13

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Artikolu 16a – paragrafu 1 – punt g a (ġdid)

 

(ga)

l-immaniġġjar tal-kriżi ekonomika fis-settur agrikolu, prinċipalment biex jingħata appoġġ għall-infrastrutturi u biex jinħoloq netwerk ta' produtturi u organizzazzjonijiet;

Emenda 14

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Artikolu 16a – paragrafu 1 – punt g b (ġdid)

 

(gb)

miżuri biex jinżammu u jinħolqu xogħlijiet fiz-zoni rurali;

Emenda 15

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Artikolu 16a – paragrafu 1 – punt g c (ġdid)

 

(gc)

miżuri ta' appoġġ għal bdiewa ġodda;

Emenda 16

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Artikolu 16a – paragrafu 3 – punt b

(b)

tabella li tiddefinixxi għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2013 il-kontribut totali tal-Komunità għal tipi ta' operazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (f) tal-paragrafu 1 u l-kontribuzzjoni Komunitarja għal tipi ta' operazzjonijiet imsemmija fil-punt (g) tal-paragrafu 1.

(b)

tabella li tiddefinixxi għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2013 il-kontribut totali tal-Komunità għal tipi ta' operazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (f) u (ga) sa (gc) tal-paragrafu 1 u l-kontribuzzjoni Komunitarja għal tipi ta' operazzjonijiet imsemmija fil-punt (g) tal-paragrafu 1.

Emenda 17

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 6 – sottopunt a

Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Artikolu 69 – paragrafu 2a

“2a.   Il-parti tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu li tirriżulta minn żieda tal-impenji globali kif stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/493/KE kif emendata bid-Deċiżjoni … għandha tkun disponibbli mill-1 ta' Jannar 2009. Għandha tkun allokata għal tipi ta' operazzjonijiet marbuta mal-prijoritajiet stipulati fl-Artikolu 16a(1) u għandha tintefaq hekk :

(a)

terz (EUR 0.5 biljun) fuq tipi ta' operazzjonijiet marbuta mal-prijoritajiet stipulati fl-Artikolu 16a(1)(a) sa (f);

(b)

żewġ terzi (EUR 1 biljun) fuq tipi ta' operazzjonijiet marbuta mal-prijoritajiet stipulati fl-Artikolu 16a(1)(g).”

“2a.   Il-parti tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu li tirriżulta minn żieda tal-impenji globali kif stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/493/KE kif emendata bid-Deċiżjoni … kif ukoll l-ammont ta' EUR 249 840 000 miżjuda mal-linja tal-baġit 05 04 05 01 fis-sena baġitarja 2009 għandhom ikunu disponibbli mill-1 ta' Jannar 2009. Għandha tkun allokata għal tipi ta' operazzjonijiet marbuta mal-prijoritajiet stipulati fl-Artikolu 16a(1):”

Emenda 18

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 6 – sottopunt aa (ġdid)

Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Artikolu 69 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 a (ġdid)

 

(aa)

Fil-paragrafu 4 għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għall-ammont imsemmi fil-Paragrafu (2a)(b), il-Kummissjoni għandha tqis id-differenzi fil-kopertura broadband eżistenti fl-Istati Membri, b'mod partikolari f'zoni fejn l-aċċess huwa diffiċli, u l-bżonnijiet differenti li jirriżultaw minn dan.”.

Emenda 19

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 6 – sottopunt b

Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Artikolu 69 - paragrafu 5a - subparagrafu 1 a (ġdid)

 

Ir-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-iżvilupp rurali għandu jinkludi taqsima li tittratta speċfikament l-operazzjonijiet ta' monitoraġġ marbuta mal-prijoritajiet elenkati fl-Artikolu 16a(1)(g).

Emenda 20

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 6 – sottopunt b

Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Artikolu 69 – paragrafu 5 b

“5b.   Jekk fl-għeluq tal-programm, l-ammont reali tal-kontribuzzjoni Komunitarja li jkun intefaq fuq l-operazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 16a(1), jkun iżgħar mill-ammont imsemmi fil-paragrafu 5a ta' dan l-Artikolu, id-differenza għandha tkun rimborżata mill-Istat Membru lill- baġit tal-Komunità sal-ammont li bih l-allokazzjonijiet totali disponibbli għall-operazzjonijiet minbarra dawk imsemmijin fl-Artikolu 16a(1) jkunu nqabżu.

Barra minn hekk, jekk, fl-għeluq tal-programm, l-ammont reali tal-kontribuzzjoni Komunitarja li jkun intefaq fuq l-operazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 16a(1), ikun iżgħar mill-ammont imsemmi fil-paragrafu 5a ta' dan l-Artikolu għal dawk it-tipi ta' operazzjonijiet, id-differenza għandha tkun rimborżata mill-Istat Membru lill-baġit tal-Komunitajiet Ewropej sal-ammont li bih l-allokazzjonijiet totali disponibbli għall-operazzjonijiet minbarra dawk imsemmijin fl-Artikolu 16a(1)(g) jkunu nqabżu. Madankollu, jekk l-ammont reali tal-kontribut Komunitarju li jintefaq fuq operazzjonijiet minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 16a(1) ikun aktar baxx mill-allokazzjonijiet disponibbli għal dawk it-tipi ta' operazzjonijiet, l-ammont li għandu jkun rimborżat għandu jitnaqqas b'dik id-differenza.

Flimkien ma’ dan, jekk, fl-għeluq tal-programm, l-ammont reali tal-kontribuzzjoni Komunitarja li jkun intefaq fuq l-operazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 16a(1)(g), ikun iżgħar mill-ammont imsemmi fil-paragrafu 5a ta' dan l-Artikolu għal dawk it-tipi ta' operazzjonijiet, id-differenza għandha tkun rimborżata mill-Istat Membru lill-baġit tal-Komunitajiet Ewropej sal-ammont li bih l-allokazzjonijiet totali disponibbli għall-operazzjonijiet minbarra dawk imsemmijin fl-Artikolu 16a(1)(a) sa (f) jkunu nqabżu. Madankollu, jekk l-ammont reali tal-kontribut Komunitarju li jintefaq fuq operazzjonijiet minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 16a(1) ikun aktar baxx mill-allokazzjonijiet disponibbli għal dawk it-tipi ta' operazzjonijiet, l-ammont li għandu jkun rimborżat għandu jitnaqqas b'dik id-differenza.”

5b.   jekk fl-għeluq tal-programm, l-ammont reali tal-kontribuzzjoni Komunitarja li jkun intefaq fuq l-operazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 16a(1), jkun iżgħar mill-ammont imsemmi fil-paragrafu 5a ta' dan l-Artikolu, id-differenza għandha tkun inkorporata mill-Istat Membru fil- baġit tiegħu għall-iżvilupp agrikolu sal-ammont li bih l-allokazzjonijiet totali disponibbli għall-operazzjonijiet minbarra dawk imsemmijin fl-Artikolu 16a(1) jkunu nqabżu.

Emenda 21

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 6 – sottopunt ba (ġdid)

Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Artikolu 69 – paragrafu 6a (ġdid)

 

(ba)

Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied:

“6a.    Mill-ammont imsemmi fil-paragrafu 2a, EUR 250 miljun għandhom ikunu disponibbli għall-ħlas fis-sena baġitarja 2009.”

Emenda 22

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 6a (ġdid)

Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Artikolu 69a (ġdid)

 

(6a)

L-Artikolu li ġej għandu jiżdied:

“Artikolu 69a

Fondi ta' garanzija u ta' self

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 69, l-Istati Membri jistgħu jużaw l-ammont imsemmi fl-Artikolu 69(2a) bħala fondi għal garanzija u self. Għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 li jistipulaw regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (3), u b'mod partikolari l-Artikoli 50, 51 u 52 tiegħu, għandhom japplikaw.

Emenda 23

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 7

Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Artikolu 70 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

“Minkejja l-limiti stabbiliti fil-paragrafu 3, il-kontribuzzjoni tal-FAEŻR tista' tiżdied sa 90 % għar-reġjuni ta' konverġenza u għal 75 % għar-reġjuni mhux ta' konverġenza għall-operazzjonijiet tat-tipi msemmija fl-Artikolu 16a(1) ta' dan ir-Regolament, sal-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-modulazzjoni obbligatorja skont l-Artikolu 9(4) u l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru …, l-amont imsemmi fl-Artikolu 69(2a) ta' dan ir-Regolament u, mill-2011, l-ammonti ġġenerati skont l-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru …”;

“Minkejja l-limiti stabbiliti fil-paragrafu 3, il-kontribuzzjoni tal-FAEŻR tista' tiżdied sa 100 % għar-reġjuni ta' konverġenza u għal 75 % għar-reġjuni mhux ta' konverġenza għall-operazzjonijiet tat-tipi msemmija fl-Artikolu 16a(1) ta' dan ir-Regolament, sal-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-modulazzjoni obbligatorja skont l-Artikolu 9(4) u l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru …, l-amont imsemmi fl-Artikolu 69(2a) ta' dan ir-Regolament u, mill-2011, l-ammonti ġġenerati skont l-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru …”;

Emenda 24

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 8a (ġdid)

Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Artikolu 76 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

(8a)

Fl-Artikolu 76 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“2a.     L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni speċifika fir-rigward tal-prijoritajiet ġodda mniżżla fl-Artikolu 16a. Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta għall-benefiċċju tal-awtoritajiet reġjonali u lokali u tal-benefiċjarji potenzjali tal-miżuri.”

Emenda 25

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness

Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Anness III – Titolu

Emenda 26

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness

Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Anness III – kolonna 1 – linja 1

Il-ħolqien ta' infrastruttura ġdida għall-broadband, li tinkludi faċilitajiet għat-twassil tas-servizzi (backhaul) (eż. teknoloġiji fissi, teknoloġiċi terrestri bla fili, ibbażati fuq is-satelliti jew kombinazzjoni ta' teknoloġiji)

Il-ħolqien ta' infrastruttura ġdida għall-broadband, li tinkludi faċilitajiet għat-twassil tas-servizzi (backhaul) u tagħmir tal-art (eż. teknoloġiji fissi, teknoloġiċi terrestri bla fili, ibbażati fuq is-satelliti jew kombinazzjoni ta' teknoloġiji) u forom oħra meħtieġa ta' appoġġ (pereżempju l-installazzjoni u l-manutenzjoni)

Emenda 27

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness

Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Anness III – linja 3 a (ġdida)

 

Il-provvista ta' aċċess pubbliku għall-faċilitajiet tal-internet broadband

Artikolu 56: servizzi bażiċi għall-ekonomija u għall-popolazzjoni rurali


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p.1.

(2)   ĠU C 139, 14.6.2006, p.1.

(3)   ĠU L 368, 23.12.2006, p.15.”


Top