EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42006D0278

Deċiżjoni tar- Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri tas- 6 ta' April 2006 li taħtar avukat ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej

ĠU L 104, 13.4.2006, p. 36–36 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 270M, 29.9.2006, p. 406–406 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/10/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/278/oj

29.9.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

406


DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI

tas-6 ta' April 2006

li taħtar avukat ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej

(2006/278/KE, Euratom)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 223 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 139 tiegħu,

Billi:

Skond l-Artikoli 5 7 u 8 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u bħala konsegwenza tar-riżenja tas-Sur Antonio TIZZANO, għandu jiġi maħtur avukat ġenerali għall-perjodu li fadal tal-mandat tas-Sur Antonio TIZZANO, jiġifieri sas-6 ta' Ottubru 2006,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Paolo MENGOZZI huwa b'dan maħtur avukat ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej mid-data tal-ġurament tiegħu sas-6 ta' Ottubru 2006.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, nhar is-6 ta' April 2006.

Il-President

G. WOSCHNAGG


Top