Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D0804(02)

    Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Lulju 2023 li temenda d-Deċiżjoni 98/481/KE li tapprova l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali Ewropew 2023/C 275/08

    ST/10502/2023/INIT

    ĠU C 275, 4.8.2023, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 04/08/2023

    4.8.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 275/19


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-14 ta' Lulju 2023

    li temenda d-Deċiżjoni 98/481/KE li tapprova l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali Ewropew

    (2023/C 275/08)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2023/15 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta’ Ġunju 2023 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

    Billi:

    (1)

    Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jiġu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    (2)

    Fl-2017, il-BĊE għażel lil Baker Tilly GmbH & Co. KG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2018 sal-2022, b’opzjoni li l-mandat jiġi estiż għas-snin finanzjarji 2023 u 2024 (2).

    (3)

    Il-mandat ta’ Baker Tilly GmbH &Co. KG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2022. Għalhekk huwa neċessarju li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2023.

    (4)

    Il-BĊE biħsiebu jestendi l-mandat ta’ Baker Tilly GmbH & Co. KG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft għas-snin finanzjarji 2023 u 2024. Din l-estensjoni hija possibbli skont l-arranġamenti kuntrattwali bejn il-BĊE u Baker Tilly GmbH & Co. KG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft.

    (5)

    Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li Baker Tilly GmbH & Co. KG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-BĊE għas-snin finanzjarji 2023 u 2024.

    (6)

    Huwa xieraq li r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE tiġi segwita u li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/481/KE (3) tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 98/41/KE huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 1

    Baker Tilly GmbH & Co. KG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft huma b’dan approvati bħala l-awdituri esterni tal-BĊE għas-snin finanzjarji 2023 u 2024.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-BĊE.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2023.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    L. PLANAS PUCHADES


    (1)  ĠU C 208, 15.6.2023, p. 1.

    (2)  Ir-Rakkomandazzjoni BĊE/2017/42 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2017 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU C 444, 23.12.2017, p. 1).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/481/KE tal-20 ta' Lulju 1998 li tapprova l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 216, 4.8.1998, p. 7).


    Top