Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R2502

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2502 tad-19 ta’ Diċembru 2022 li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Franċiża tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2022/9338

    ĠU L 325, 20.12.2022, p. 56–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/2502/oj

    20.12.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 325/56


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2502

    tad-19 ta’ Diċembru 2022

    li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Franċiża tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-verżjoni bil-lingwa Franċiża tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (2) fiha l-iżbalji fis-subparti D, it-taqsima 2, il-punt CAT.IDE.H.320, il-punt b), il-frażi introduttorja, tal-Anness IV (il-parti CAT); is-subparti K, il-punt SPA.HOFO.110, il-punt b), il-punt 9), tal-Anness V (il-parti SPA); is-subparti D, it-taqsima 2, il-punt NCC.IDE.H.235, tal-Anness VI (il-parti NCC); is-subparti D, il-punt NCO.IDE.H.185, il-punt c), tal-Anness VII (il-parti NCO); is-subparti D, it-taqsima 2, il-punt SPO.IDE.H.203, il-punt c), tal-Anness VIII (il-parti SPO) li jbiddlu t-tifsira tad-dispożizzjonijiet.

    (2)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjoni bil-lingwa Franċiża tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

    (3)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-applikazzjoni tar-regoli komuni tas-sikurezza fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    (Ma japplikax għal-lingwa Maltija)

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2022.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).


    Top