Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022O2250

    Linja Gwida (UE) 2022/2250 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta’ Novembru 2022 li temenda l-Linja Gwida (UE) 2022/912 dwar il-ġenerazzjoni ġdida tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET) (BĊE/2022/8) (BĊE/2022/39)

    ECB/2022/39

    ĠU L 295, 16.11.2022, p. 50–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2022/2250/oj

    16.11.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 295/50


    LINJA GWIDA (UE) 2022/2250 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    tad-9 ta’ Novembru 2022

    li temenda l-Linja Gwida (UE) 2022/912 dwar il-ġenerazzjoni ġdida tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET) (BĊE/2022/8) (BĊE/2022/39)

    IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 17, 18 u 22 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fl-24 ta’ Frar 2022, il-Kunsill Governattiv adotta l-Linja Gwida (UE) 2022/912 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2022/8) (1), li tipprovdi għall-bidu tal-operazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni ġdida tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET), mill-21 ta’ Novembru 2022, id-data li minnha l-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jikkonformaw mal-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8) u li minnha għandha titħassar il-Linja Gwida BĊE/2012/27 tal-Bank Ċentrali Ewropew (2).

    (2)

    Il-Kunsill Governattiv iddeċieda fl-20 ta’ Ottubru 2022 li jiskeda mill-ġdid il-bidu tal-operazzjonijiet tat-TARGET biex jibda mill-20 ta’ Marzu 2023 minħabba l-ħtieġa li l-utenti jingħataw aktar żmien biex ilestu l-ittestjar tagħhom tal-pjattaforma teknika l-ġdida f’ambjent stabbli, wara li titqies in-natura sistemika tat-TARGET. Konsegwentement, il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom ikomplu jikkonformaw mal-Linja Gwida BĊE/2012/27, u s-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) għandha tkompli topera, sa dik id-data.

    (3)

    Għaldaqstant, il-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8) għandha tiġi emendata kif xieraq,

    ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

    Artikolu 1

    Emendi

    Il-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8) hija emendata kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 24, il-paragrafu 1 huwa mibdul b’li ġej:

    “1.   Il-Linja Gwida BĊE/2012/27 hija mħassra b’effett mill-20 ta’ Marzu 2023.”;

    (2)

    L-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    “2.   Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida mill-20 ta' Marzu 2023.”;

    (b)

    fil-paragrafu 3, l-ewwel sentenza hija ssostitwita b’dan li ġej:

    “Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida u japplikawhom mill-20 ta’ Marzu 2023.”.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ

    1.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

    2.   Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida mill-21 ta’ Novembru 2022.

    Artikolu 3

    Destinatarji

    Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

    Magħmul fi Frankfurt am Main, id-9 ta’ Novembru 2022.

    Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

    Il-President tal-BĊE

    Christine LAGARDE


    (1)  Linja Gwida (UE) 2022/912 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Frar 2022 dwar il-ġenerazzjoni ġdida tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) u li tħassar il-Linja Gwida BĊE/2012/27 (BĊE/2022/8) (ĠU L 163, 17.6.2022, p. 84).

    (2)  Linja Gwida BĊE/2012/27 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Diċembru 2012 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (ĠU L 30, 30.1.2013, p. 1).


    Top