This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D2509
Commission Implementing Decision (EU) 2022/2509 of 15 December 2022 determining quantitative limits and allocating quotas for substances controlled under Regulation (EC) No 1005/2009 of the European Parliament and of the Council on substances that deplete the ozone layer, for the period 1 January to 31 December 2023 (notified under document C(2022) 9109) (Only the Bulgarian, Croatian, Czech, Dutch, English, Finnish, French, German, Hungarian, Irish, Italian, Latvian, Maltese, Polish, Portuguese, Spanish and Swedish texts are authentic)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2509 tal-15 ta’ Diċembru 2022 li tiddetermina l-limiti kwantitattivi u li talloka l-kwoti għal sustanzi kontrollati skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023 (notifikata bid-dokument C(2022) 9109) (It-testi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bit-Taljan u bl-Ungeriż biss huma awtentiċi)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2509 tal-15 ta’ Diċembru 2022 li tiddetermina l-limiti kwantitattivi u li talloka l-kwoti għal sustanzi kontrollati skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023 (notifikata bid-dokument C(2022) 9109) (It-testi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bit-Taljan u bl-Ungeriż biss huma awtentiċi)
C/2022/9109
ĠU L 325, 20.12.2022, p. 162–178
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2023
20.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 325/162 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2509
tal-15 ta’ Diċembru 2022
li tiddetermina l-limiti kwantitattivi u li talloka l-kwoti għal sustanzi kontrollati skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023
(notifikata bid-dokument C(2022) 9109)
(It-testi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bit-Taljan u bl-Ungeriż biss huma awtentiċi)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 10(2) u 16(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni ta’ sustanzi kontrollati importati huwa soġġett għal limiti kwantitattivi. |
(2) |
Il-Kummissjoni hija meħtieġa tiddetermina dawk il-limiti u talloka l-kwoti lill-impriżi. |
(3) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija meħtieġa tiddetermina l-kwantitajiet ta’ sustanzi kontrollati għajr l-idroklorofluworokarburi li jistgħu jintużaw għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal użi essenzjali analitiċi, u l-impriżi li jistgħu jużawhom. |
(4) |
Id-determinazzjoni tal-kwoti allokati għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal użi analitiċi trid tiżgura li jiġu osservati l-limiti kwantitattivi stipulati fl-Artikolu 10(6) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, permezz tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 537/2011 (2). Billi dawk il-limiti kwantitattivi jinkludu kwantitajiet ta’ idroklorofluworokarburi li huma liċenzjati għal użi fil-laboratorju u għal użi analitiċi, il-produzzjoni u l-importazzjoni tal-idroklorofluworokarburi għal dawk l-użi jenħtieġ li jkunu koperti wkoll minn dik l-allokazzjoni. |
(5) |
Il-Kummissjoni ppubblikat avviż għall-impriżi li fl-2023 beħsiebhom jimportaw jew jesportaw sustanzi kontrollati li jnaqqsu s-saff tal-ożonu lejn jew mill-Unjoni Ewropea, kif ukoll għall-impriżi li fl-2023 (3) beħsiebhom jipproduċu jew jimportaw dawn is-sustanzi għal użi fil-laboratorju u għal użi analitiċi, u b’hekk irċeviet dikjarazzjonijiet dwar l-importazzjonijiet maħsuba għall-2023. |
(6) |
Il-limiti kwantitattivi u l-kwoti jenħtieġ li jiġu ddeterminati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023, skont iċ-ċiklu tar-rappurtar annwali fil-kuntest tal-Protokoll ta’ Montreal dwar is-Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Limiti kwantitattivi għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera
Il-kwantitajiet ta’ sustanzi kontrollati soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 li jistgħu jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni fl-2023 minn sorsi ’l barra mill-Unjoni għandhom ikunu dawn li ġejjin:
Sustanzi kontrollati |
Kwantità (f’kilogrammi ta’ potenzjal li jnaqqas l-ożonu (ODP)) |
Grupp I (klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115) u grupp II (klorofluworokarburi kompletament aloġenati oħrajn) |
500 550,00 |
Grupp III (aloni) |
26 559 050,00 |
Grupp IV (tetraklorur tal-karbonju) |
385 552,20 |
Grupp V (1,1,1-trikloroetan) |
2 500 000,00 |
Grupp VI (bromur tal-metil) |
588 835,20 |
Grupp VII (idrobromofluworokarburi) |
4 788,16 |
Grupp VIII (idroklorofluworokarburi) |
4 878 559,75 |
Grupp IX (bromoklorometan) |
264 024,00 |
Artikolu 2
Allokazzjoni tal-kwoti għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera
1. Il-kwoti għall-klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115 u għall-klorofluworokarburi kompletament aloġenati oħrajn matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness I.
2. Il-kwoti għall-aloni matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness II.
3. Il-kwoti għat-tetraklorur tal-karbonju matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness III.
4. Il-kwoti għall-1,1,1-trikloroetan matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness IV.
5. Il-kwoti għall-bromur tal-metil matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness V.
6. Il-kwoti għall-idrobromofluworokarburi matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VI.
7. Il-kwoti għall-idroklorofluworokarburi matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VII.
8. Il-kwoti għall-bromoklorometan matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VIII.
9. Il-kwoti individwali għall-impriżi għandhom ikunu kif stipulati fl-Anness IX.
Artikolu 3
Kwoti għal użi fil-laboratorju u għal użi analitiċi
Il-kwoti għall-importazzjoni u għall-produzzjoni ta’ sustanzi kontrollati għal użi fil-laboratorju u għal użi analitiċi fis-sena 2023 għandhom jiġu allokati lill-impriżi elenkati fl-Anness X.
Il-kwantitajiet massimi li jistgħu jiġu prodotti jew importati fl-2023 għal użi fil-laboratorju u għal użi analitiċi allokati lil dawk l-impriżi huma stipulati fl-Anness XI.
Artikolu 4
Perjodu ta’ validità
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023.
Artikolu 5
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-impriżi li ġejjin:
1 |
|
2 |
|
||||||||
3 |
|
4 |
|
||||||||
5 |
|
6 |
|
||||||||
7 |
|
8 |
|
||||||||
9 |
|
10 |
|
||||||||
11 |
|
12 |
|
||||||||
13 |
|
14 |
|
||||||||
15 |
|
16 |
|
||||||||
17 |
|
18 |
|
||||||||
19 |
|
20 |
|
||||||||
21 |
|
22 |
|
||||||||
23 |
|
24 |
|
||||||||
25 |
|
26 |
|
||||||||
27 |
|
28 |
|
||||||||
29 |
|
30 |
|
||||||||
31 |
|
32 |
|
||||||||
33 |
|
34 |
|
||||||||
35 |
|
36 |
|
||||||||
37 |
|
38 |
|
||||||||
39 |
|
40 |
|
||||||||
41 |
|
42 |
|
||||||||
43 |
|
44 |
|
||||||||
45 |
|
46 |
|
||||||||
47 |
|
48 |
|
||||||||
49 |
|
50 |
|
||||||||
51 |
|
52 |
|
||||||||
53 |
|
54 |
|
||||||||
55 |
|
56 |
|
||||||||
57 |
|
58 |
|
||||||||
59 |
|
60 |
|
||||||||
61 |
|
62 |
|
||||||||
63 |
|
64 |
|
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Frans TIMMERMANS
Viċi President Eżekuttiv
(1) ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 537/2011 tal-1 ta’ Ġunju 2011 dwar il-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet ta’ sustanzi kontrollati li jistgħu jintużaw fil-laboratorji u għal skopijiet ta’ analiżi fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, (ĠU L 147, 2.6.2011, p. 4).
ANNESS I
GRUPPI I u II
Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115 u klorofluworokarburi kompletament aloġenati oħrajn allokati lill-importaturi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima u għal użi bħala aġenti ta’ proċess matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023.
Kumpanija |
Abcr GmbH (DE) |
Solvay Specialty Polymers Italy S.p.A. (IT) |
Tazzetti SAU (ES) |
Tazzetti S.p.A. (IT) |
TEGA - Technische Gase und Gasetechnik GmbH (DE) |
ANNESS II
GRUPP III
Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-aloni allokati lill-importaturi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima u għal użi kritiċi matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023.
Kumpanija |
A-Gas Deutschland GmbH (DE) |
A-Gas Italia s.r.l. (IT) |
Abcr GmbH (DE) |
Arkema France (FR) |
Ateliers Bigata SASU (FR) |
BASF Agri-Production S.A.S. (FR) |
BTC B.V. (NL) |
EAF protect s.r.o. (CZ) |
Gielle Industries di Luigi Galantucci (IT) |
Hugen Maintenance for Aircraft B.V. (NL) |
Hugen Reprocessing Company Dutch Halonbank bv (NL) |
L’Hotellier SAS (FR) |
Lufthansa Technik AG (DE) |
Martec SpA (IT) |
P.U. Poz-PLiszka Sp. z o.o. (PL) |
Savi Technologie sp. z o.o. sp. k. (PL) |
Societe Air France Industries (FR) |
UTM Umwelt-Technik-Metallrecycling GmbH (DE) |
Vatro-Servis d.o.o. (HR) |
ANNESS III
GRUPP IV
Il-kwoti ta’ importazzjoni għat-tetraklorur tal-karbonju allokati lill-importaturi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima u għal użi bħala aġent ta’ proċess matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023.
Kumpanija |
Abcr GmbH (DE) |
Arkema France (FR) |
Ceram Optec SIA (LV) |
ANNESS IV
GRUPP V
Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-1,1,1-trikloroetan allokati lill-importaturi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023.
Kumpanija |
Arkema France (FR) |
ANNESS V
GRUPP VI
Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-bromur tal-metil allokati lill-importaturi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023.
Kumpanija |
Abcr GmbH (DE) |
Euroapi France (FR) |
GHC Gerling, Holz & Co. Handels GmbH (DE) |
ICL Europe Cooperatief U.A. (NL) |
Mebrom NV (BE) |
Mebrom Technology NV (BE) |
Sigma-Aldrich Chemie GmbH (DE) |
ANNESS VI
GRUPP VII
Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-idrobromofluworokarburi allokati lill-importaturi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023.
Kumpanija |
Abcr GmbH (DE) |
Euroapi France (FR) |
Fermion oy (FI) |
Hovione FarmaCiencia SA (PT) |
R.P. Chem s.r.l. (IT) |
Sterling Chemical Malta Limited (MT) |
Sterling SpA (IT) |
Valliscor Europa Limited (IE) |
ANNESS VII
GRUPP VIII
Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-idroklorofluworokarburi allokati lill-importaturi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023.
Kumpanija |
Abcr GmbH (DE) |
Arkema France (FR) |
Bayer AG (DE) |
Chemours Netherlands B.V. (NL) |
Dyneon GmbH (DE) |
Solvay Fluor GmbH (DE) |
Solvay France S.A (FR) |
Solvay Specialty Polymers Italy SpA (IT) |
Tazzetti SAU (ES) |
Tazzetti SpA (IT) |
ANNESS VIII
GRUPP IX
Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-bromoklorometan allokati lill-importaturi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023.
Kumpanija |
Albemarle Europe SPRL (BE) |
ICL Europe Cooperatief U.A. (NL) |
Laboratorios Miret S.A. (ES) |
Sigma-Aldrich Chemie GmbH (DE) |
Valliscor Europa Limited (IE) |
ANNESS IX
(Tagħrif kummerċjalment sensittiv - kunfidenzjali - ma għandux jiġi ppubblikat)
ANNESS X
Impriżi intitolati li jipproduċu jew jimportaw għal użi fil-laboratorju u għal użi analitiċi fl-2023
Il-kwota tas-sustanzi kontrollati li jistgħu jintużaw għal użi fil-laboratorju u għal użi analitiċi huma allokati lil:
Kumpanija Abcr GmbH (DE) |
AGC Pharma Chemicals Europe (ES) |
Agilent Technologies Deutschland GmbH (DE) |
Airsense Analytics GmbH (DE) |
Arkema France (FR) |
Bayer AG (DE) |
Biovit d.o.o. (HR) |
CPAChem Ltd (BG) |
Daikin Refrigerants Frankfurt GmbH (DE) |
Fot LTD (BG) |
Gedeon Richter Plc. (HU) |
I2 Analytical Limited sp. z o. o. Oddział w Polsce (PL) |
Interscience B.V. (NL) |
Labmix24 GmbH (DE) |
Laboratory Supplies Ltd T/A Lennox (IE) |
LGC Standards GmbH (DE) |
Neochema GmbH (DE) |
Philipps-Universität Marburg (DE) |
Restek France (FR) |
Restek GmbH (DE) |
Restek S.r.l. (IT) |
Sigma Aldrich Chimie sarl (FR) |
Sigma-Aldrich Chemie GmbH (DE) |
Solvay Fluor GmbH (DE) |
Solvay France S.A (FR) |
Solvay Specialty Polymers Italy SpA (IT) |
Techlab SARL (FR) |
Ultra Scientific Italia srl (IT) |
Valliscor Europa Limited (IE) |
ANNESS XI
(Tagħrif kummerċjalment sensittiv - kunfidenzjali - ma għandux jiġi ppubblikat)