This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D2445
Council Decision (CFSP) 2022/2445 of 12 December 2022 amending Decision 2012/389/CFSP on the European Union Capacity Building Mission in Somalia (EUCAP Somalia)
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2445 tat-12 ta’ Diċembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia)
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2445 tat-12 ta’ Diċembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia)
ST/14893/2022/INIT
ĠU L 319, 13.12.2022, p. 91–92
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Extended validity | 32012D0389 | 12/12/2022 | 31/12/2024 | ||
Modifies | 32012D0389 | Żieda | artikolu 13 paragrafu 1 paragrafu mhux numerat | 12/12/2022 | |
Modifies | 32012D0389 | Sostituzzjoni | artikolu 15 paragrafu 5 | 12/12/2022 | |
Modifies | 32012D0389 | Sostituzzjoni | artikolu 16 sentenza | 12/12/2022 |
13.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 319/91 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2445
tat-12 ta’ Diċembru 2022
li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikoli 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-16 ta’ Lulju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/389/PESK (1) dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR). |
(2) |
Fit-12 ta’ Diċembru 2016, permezz tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/2240 (2), il-Kunsill emenda l-mandat tal-Missjoni biex tiġi ffukata fuq il-bini tal-kapaċità fis-Somalja u biddel isimha għal EUCAP Somalia. |
(3) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/2031 (3) li emendat id-Deċiżjoni 2012/389/PESK biex testendi l-EUCAP Somalia sal-31 ta’ Diċembru 2022. |
(4) |
Fil-kuntest tar-Rieżami Strateġiku Olistiku u Koordinat tal-involviment tal-PSDK fis-Somalja u fil-Qarn tal-Afrika, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà qabel li l-mandat tal-EUCAP Somalia jenħtieġ li jiġi estiż sal-31 ta’ Diċembru 2024. |
(5) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2012/389/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2012/389/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 13(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP Somalia għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2024 għandu jkun ta’ EUR 83 076 673,07.”; |
(2) |
Fl-Artikolu 15, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “5. Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lill-Aġenziji tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni tal-Unjoni, u b’mod partikolari lill-Frontex u lill-EUROPOL, informazzjoni klassifikata tal-UE ġġenerata għall-finijiet tal-EUCAP Somalia sal-livell rilevanti ta’ klassifikazzjoni għal kull waħda minnhom, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (*1). Għandhom jitfasslu arranġamenti tekniċi għal dak il-għan. 6. Ir-RGħ jista’ jiddelega s-setgħat imsemmija fil-paragrafi 1 sa 5, kif ukoll il-kapaċità li jikkonkludi l-arranġamenti msemmija fil-paragrafi 2 sa 5, lil persuni li jkunu jinsabu taħt l-awtorità tiegħu/tagħha, lill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili u/jew lill-Kap tal-Missjoni. (*1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).”;" |
(3) |
Fl-Artikolu 16, l-aħħar sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: “Għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2024.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/389/PESK tas-16 ta’ Lulju 2012 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (ĠU L 187 17.7.2012, p. 40).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2240 tat-12 ta’ Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) (ĠU L 337, 13.12.2016, p. 18).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2031 tal-10 ta’ Diċembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (ĠU L 419, 11.12.2020, p. 26).