This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R2062
Commission Delegated Regulation (EU) 2021/2062 of 23 August 2021 amending Delegated Regulation (EU) 2020/2014 specifying details of implementation of the landing obligation for certain fisheries in the North Sea for the period 2021-2023
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2062 tat-23 ta’ Awwissu 2021 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/2014 li jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art għal ċertu sajd fil-Baħar tat-Tramuntana għall-perjodu 2021–2023
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2062 tat-23 ta’ Awwissu 2021 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/2014 li jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art għal ċertu sajd fil-Baħar tat-Tramuntana għall-perjodu 2021–2023
C/2021/6089
ĠU L 421, 26.11.2021, p. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2023
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32020R2014 | Sostituzzjoni | artikolu 11 punt 11 | 01/01/2022 | 31/12/2023 |
Modifies | 32020R2014 | Sostituzzjoni | artikolu 6 paragrafu 1 punt (c) punt (ii) | 01/01/2022 | 31/12/2023 |
26.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 421/4 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2062
tat-23 ta’ Awwissu 2021
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/2014 li jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art għal ċertu sajd fil-Baħar tat-Tramuntana għall-perjodu 2021–2023
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/973 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art fil-Baħar tat-Tramuntana u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 676/2007 u (KE) Nru 1342/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2014 (2) jipprevedi d-dettalji ta’ kif għandu jiġi implimentat l-obbligu ta’ ħatt l-art għal ċertu sajd fil-Baħar tat-Tramuntana għall-perjodu 2021–2023, wara rakkomandazzjoni konġunta sottomessa mill-Belġju, mid-Danimarka, mill-Ġermanja, minn Franza, min-Netherlands u mill-Iżvezja (“il-Grupp Scheveningen”). |
(2) |
Skont ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2014, ċerti eżenzjonijiet għall-obbligu ta’ ħatt l-art huma applikabbli b’mod proviżorju sal-31 ta’ Diċembru 2021. F’dawn il-każijiet, jenħtieġ li mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2021, l-Istati Membri li għandhom interess ta’ ġestjoni dirett jissottomettu evidenza xjentifika addizzjonali li tappoġġja l-eżenzjoni. Jenħtieġ li l-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (“STECF”) jivvaluta l-evidenza sottomessa sal-31 ta’ Lulju 2021. |
(3) |
Fit-30 ta’ April 2021, il-Grupp ta’ Scheveningen, wara li kkonsulta mal-Kunsill Konsultattiv tal-Baħar tat-Tramuntana u mal-Kunsill Konsultattiv tal-Istokkijiet Pelaġiċi, issottometta rakkomandazzjoni konġunta lill-Kummissjoni li fiha talab il-kontinwazzjoni ta’ ċerti eżenzjonijiet għall-obbligu ta’ ħatt l-art lil hinn mill-2021 u pprovda informazzjoni xjentifika addizzjonali. Fis-26 ta’ Lulju 2021, il-Grupp ta’ Scheveningen issottometta verżjoni riveduta tar-rakkomandazzjoni konġunta. |
(4) |
L-STECF (3) irrieżamina r-rakkomandazzjoni konġunta f’Mejju 2021. Il-Kummissjoni ppreżentat l-abbozz tal-att delegat lil grupp ta’ esperti magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri fis-16 ta’ Lulju 2021 f’laqgħa li għaliha attenda l-Parlament Ewropew bħala osservatur. |
(5) |
Il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/2014 jinkludi eżenzjoni tas-sopravivenza għall-barbun tat-tbajja’ li jinqabad bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, PTB) b’daqs tal-malja ta’ 90–119 mm u mgħammra b’ċerti pannelli fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 3a tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (“ICES”). Il-Grupp ta’ Scheveningen talab li titwessa’ l-eżenzjoni biex jiġi permess pannell b’malja kwadra ta’ mill-inqas 120 mm fix-xbieki fis-subdiviżjoni Kattegat tal-ICES mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena. L-STECF innota (4) li l-informazzjoni xjentifika addizzjonali pprovduta mid-Danimarka tikkonferma li s-sopravivenza tal-qbid skartat tal-barbun tat-tbajja’ se tkun simili jew aħjar għad-daqsijiet akbar tal-malji, inkluż is-SELTRA u l-pannelli b’malji kwadri ta’ 120 mm, meta mqabbla mad-daqs tal-malja 80–99 permess għas-sajd bix-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-eżenzjoni titwessa’ biex tinkludi pannell b’malji kwadri ta’ mill-inqas 120 mm fi xbieki tat-tkarkir fis-subdiviżjoni Kattegat. |
(6) |
Il-paragrafu 11 tal-Artikolu 11 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/2014 jinkludi eżenzjoni de minimis għall-merlangu inqas mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni li jinqabad minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir bi travu b’daqs tal-malja ta’ 80–119 mm fis-subżona 4 tal-ICES. Il-Grupp ta’ Scheveningen talab li l-eżenzjoni tiġi estiża sal-31 ta’ Diċembru 2023 u ssottometta informazzjoni xjentifika ġdida. L-STECF ivvaluta dik l-evidenza u kkonkluda (5) li r-rakkomandazzjoni konġunta tindirizza fil-biċċa l-kbira l-kwistjonijiet identifikati mill-STECF fil-valutazzjonijiet preċedenti tiegħu. B’mod partikolari, l-istima tal-kostijiet ta’ ħatt l-art ta’ qabdiet mhux intenzjonati hija sinifikanti u teħtieġ xogħol addizzjonali sostanzjali abbord. L-STECF irrikonoxxa wkoll il-kwistjonijiet u l-isfidi involuti fit-titjib tas-selettività f’dan is-sajd. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-eżenzjoni tinżamm sal-31 ta’ Diċembru 2023. |
(7) |
Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom impatt dirett fuq l-ippjanar tal-istaġun tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni u fuq l-attivitajiet ekonomiċi relatati, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih wara li jiġi ppubblikat. Jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2022, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2014 huwa emendat kif ġej:
1. |
Il-punt (c)(ii) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
2. |
Il-punt (11) tal-Artikolu 11 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Awwissu 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 179, 16.7.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2014 tal-21 ta’ Awwissu 2020 li jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art għal ċertu sajd fil-Baħar tat-Tramuntana għall-perjodu 2021–2023 (ĠU L 415, 10.12.2020, p. 10).
(3) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2874177/STECF+21-05+-+Ev+JRs+LO+and+TM+Reg.pdf/caa87b65-ea4a-491a-8e59-4111e01e1c1d
(4) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2874177/STECF+21-05+-+Ev+JRs+LO+and+TM+Reg.pdf/caa87b65-ea4a-491a-8e59-4111e01e1c1d, p. 23–24.
(5) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2874177/STECF+21-05+-+Ev+JRs+LO+and+TM+Reg.pdf/caa87b65-ea4a-491a-8e59-4111e01e1c1d, p. 20–21.