Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0988

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/988 tat-12 ta’ Marzu 2020 li jirrettifika ċerti verżjonijiet tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/35 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2020/1514

    ĠU L 221, 10.7.2020, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/988/oj

    10.7.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 221/3


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/988

    tat-12 ta’ Marzu 2020

    li jirrettifika ċerti verżjonijiet tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/35 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 86(1)(a) u l-Artikolu 111(1)(b), (c) u (f) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Il-verżjoni tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 (2) bil-Ġermaniż fiha żball fis-sentenza tal-bidu tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(5) li jwassal biex it-tifsira tad-dispożizzjoni tkun opposta għal dik intenzjonata.

    (2)

    Il-verżjoni tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/35 bil-Ġermaniż fiha żbalji fl-Artikolu 116(3)(d)(ii) u fl-Artikolu 147(3)(d)(ii) li jibdlu t-tifsira tat-test.

    (3)

    Il-verżjoni tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/35 bid-Daniż fiha żbalji fl-Artikolu 209(3)(h) u (i) li jwasslu biex it-tifsira tad-dispożizzjoni tkun opposta għal dik intenzjonata.

    (4)

    Għalhekk, il-verżjonijiet tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/35 bid-Daniż u bil-Ġermaniż għandhom jiġu rettifikati kif xieraq. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħrajn mhumiex affettwati,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    (ma japplikax għal-lingwa Maltija)

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 12, 17.1.2015, p. 1).


    Top