This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R2130
Commission Implementing Regulation (EU) 2019/2130 of 25 November 2019 establishing detailed rules on the operations to be carried out during and after documentary checks, identity checks and physical checks on animals and goods subject to official controls at border control posts (Text with EEA relevance)
Regolament Ta’ Implimentazzjoni Tal-Kummissjoni (UE) 2019/2130 tal-25 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar l-operazzjonijiet li jridu jitwettqu waqt il-verifiki tad-dokumenti, tal-identità, u fiżiċi, fuq l-annimali u l-oġġetti li huma soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri u wara li jkunu saru dawn il-verifiki (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Ta’ Implimentazzjoni Tal-Kummissjoni (UE) 2019/2130 tal-25 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar l-operazzjonijiet li jridu jitwettqu waqt il-verifiki tad-dokumenti, tal-identità, u fiżiċi, fuq l-annimali u l-oġġetti li huma soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri u wara li jkunu saru dawn il-verifiki (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 321, 12.12.2019, p. 128–138
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 31997D0794 | 14/12/2019 | |||
Repeal | 32004R0136 | 14/12/2019 | |||
Repeal | 32004R0136 | Sostituzzjoni parzjali | 20/04/2021 | ||
Repeal | 32004R0282 | 14/12/2019 | |||
Implicit repeal | 32004R0585 | 14/12/2019 | |||
Implicit repeal | 32014D0092 | 14/12/2019 | |||
Implicit repeal | 32014R0359 | 14/12/2019 | |||
Implicit repeal | 32014R0494 | 14/12/2019 | |||
Implicit repeal | 32019R0591 | 14/12/2019 | |||
Implicit repeal | 32019R1756 | 14/12/2019 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32019R2130R(01) | (BG) |
12.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 321/128 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2130
tal-25 ta’ Novembru 2019
li jistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar l-operazzjonijiet li jridu jitwettqu waqt il-verifiki tad-dokumenti, tal-identità, u fiżiċi, fuq l-annimali u l-oġġetti li huma soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri u wara li jkunu saru dawn il-verifiki
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (ir-Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 jistabbilixxi r-regoli li jridu jikkonformaw magħhom l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri meta jwettqu l-kontrolli uffiċjali fuq l-annimali u l-oġġetti li jidħlu fl-Unjoni sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari. |
(2) |
Skont ir-Regolament (UE) 2017/625, il-kunsinni tal-kategoriji ta’ annimali u oġġetti msemmijin fl-Artikolu 47(1) tiegħu huma soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri għall-kontrolli uffiċjali sakemm ma jkunux eżentati minn dawn il-kontrolli abbażi tal-Artikolu 48 ta’ dak ir-Regolament. Dawk il-kontrolli uffiċjali jridu jinkludu l-verifiki tad-dokumenti, il-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tal-Artikoli 49, 50 u 51 tar-Regolament (UE) 2017/625, kif ukoll it-twettiq effiċjenti tal-kontrolli uffiċjali msemmijin hawn fuq, jenħtieġ li f’dan ir-Regolament jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar it-twettiq tal-verifiki tad-dokumenti, tal-identità u fiżiċi fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri. |
(3) |
Ir-regoli dwar l-operazzjonijiet li jridu jitwettqu waqt il-verifiki tad-dokumenti, tal-identità u fiżiċi fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri tal-wasla jew fil-punti ta’ kontroll, u l-operazzjonijiet li jridu jitwettqu wara dawn il-verifiki jenħtieġ li jkunu japplikaw ukoll għal ċerti kategoriji ta’ ikel u għalf ta’ oriġini mhux mill-annimali li jkunu soġġetti għal żieda temporanja tal-kontrolli, għal kundizzjonijiet oħrajn biex jidħlu fl-Unjoni, u għall-miżuri ta’ emerġenza previsti fl-atti msemmijin fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625. |
(4) |
L-operazzjonijiet li jitwettqu waqt il-verifiki tad-dokumenti, tal-identità, u fiżiċi qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament wrew li kienu effettivi u li jiżguraw livell għoli ta’ twettiq ta’ verifiki. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament ikunu bbażati fuq l-istess prinċipji tar-rekwiżiti għat-twettiq tal-verifiki tad-dokumenti, tal-identità u fiżiċi stabbiliti fid-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE (2), 97/78/KE (3) u 2000/29/KE (4), fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 (5) u (KE) Nru 282/2004 (6) u fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/794/KE (7). |
(5) |
Jenħtieġ li jiġu vverifikati d-dokumenti rilevanti kollha li huma meħtieġa jkunu mal-kunsinni tal-kategoriji ta’ annimali u oġġetti msemmijin fl-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 biex ikun aċċertat li dawn ikunu bbażati fuq il-mudell tad-dokument rilevanti, li r-rekwiżiti ġenerali dwar iċ-ċertifikazzjoni jkunu sodisfati u li jipprovdu l-garanziji meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew skont ir-regoli nazzjonali li japplikaw. |
(6) |
Meta jidħlu fl-Unjoni kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ oġġetti li huma msemmijin fl-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tistipula li jridu jitwettqu l-analiżijiet, it-testijiet jew id-dijanjożijiet fil-laboratorju, jew li l-mezzi tat-trasport ikunu ssiġillati biex ikun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi biex jiġi evitat kull riskju għas-saħħa tal-pubbliku, tal-annimali u tal-pjanti. F’dawn il-każijiet, jenħtieġ li jiġu rreġistrati r-riżultati tal-analiżijiet, tat-testijiet jew tad-dijanjożijiet fil-laboratorju, jew in-numri tas-siġilli, fid-Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul (CHED). |
(7) |
Biex tkun żgurata t-traċċabbiltà tal-annimali u l-oġġetti li jidħlu fl-Unjoni, iċ-ċertifikati jew id-dokumenti oriġinali u fejn japplika, kopja tagħhom, jenħtieġ li jinżammu għal ċertu żmien fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-wasla fl-Unjoni. |
(8) |
Billi dan ir-Regolament jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet fl-oqsma koperti bir-Regolamenti (KE) Nru 136/2004 u (KE) Nru 282/2004 u bid-Deċiżjoni 97/794/KE, jenħtieġ li dawn l-atti jitħassru b’effett mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(9) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 japplika mill-14 ta’ Diċembru 2019. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-regoli stipulati f’dan ir-Regolament japplikaw ukoll minn dik id-data. |
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar l-operazzjonijiet li jridu jitwettqu waqt il-verifiki tad-dokumenti, tal-identità u fiżiċi msemmijin fl-Artikoli 49, 50 u 51 tar-Regolament (UE) 2017/625 u wara li jkunu saru l-verifiki, fuq kunsinni tal-kategoriji ta’ annimali u oġġetti msemmijin fl-Artikolu 47(1) ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 2
Regoli dettaljati għall-verifiki tad-dokumenti
1. Għal kull kunsinna tal-annimali u l-oġġetti msemmijin fl-Artikolu 1, l-awtorità kompetenti għandha taċċerta ruħha dwar l-użu li jkun maħsub għall-annimali u l-oġġetti skont iċ-ċertifikati uffiċjali, l-attestazzjonijiet uffiċjali u d-dokumenti l-oħra li jkunu mal-kunsinna, kif ukoll dwar id-destinazzjoni tal-kunsinna li tkun indikata f’dawn iċ-ċertifikati, l-attestazzjonijiet u d-dokumenti.
2. L-awtorità kompetenti għandha tispezzjona ċ-ċertifikati uffiċjali, l-attestazzjonijiet uffiċjali u d-dokumenti l-oħrajn kollha li huma msemmija fil-punt (41) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625 jew l-ekwivalenti elettroniċi tagħhom li jkunu ddaħħlu fis-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (l-IMSOC) imsemmija fl-Artikolu 131 ta’ dak ir-Regolament jew permezz tas-sistemi nazzjonali eżistenti, biex taċċerta ruħha li:
(a) |
fejn japplika, ikunu nħarġu mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz; |
(b) |
ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 89(1) u 91(2) tar-Regolament (UE) 2017/625 u fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 90 ta’ dak ir-Regolament; |
(c) |
jikkorrispondu mal-mudell stabbilit bir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625; |
(d) |
l-informazzjoni fiċ-ċertifikati jew fid-dokumenti tikkonforma mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625 |
3. L-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-operatur responsabbli mill-kunsinna jkun mela b’mod korrett il-parti rilevanti kollha tad-Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul (CHED) kif meħtieġ mill-Artikolu 56(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 u li l-informazzjoni fid-dokument tikkorrispondi mal-informazzjoni li hemm fiċ-ċertifikati uffiċjali, fl-attestazzjonijiet uffiċjali, u fid-dokumenti l-oħra li jkunu mal-kunsinna.
Artikolu 3
Regoli dettaljati għall-verifiki tal-identità
1. Waqt il-verifiki tal-identità fuq il-kunsinni tal-annimali u l-oġġetti msemmija fl-Artikolu 1, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-elementi li ġejjin jaqblu mal-informazzjoni mogħtija fiċ-ċertifikati uffiċjali, fl-attestazzjonijiet uffiċjali u fid-dokumenti l-oħra li jkunu mal-kunsinni:
(a) |
l-għadd ta’ annimali, l-ispeċi, ir-razza, is-sess, l-età, u l-kategorija tagħhom, fejn dawn japplikaw; |
(b) |
il-kontenut tal-kunsinni; |
(c) |
il-kwantità ta’ kunsinni; |
(d) |
it-timbri u l-marki jew il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni fejn dawn japplikaw; |
(e) |
l-identifikazzjoni tal-mezzi tat-trasport, fejn japplika; |
(f) |
is-siġilli fuq il-kontenituri jew fuq il-mezz tat-trasport, fejn japplika. |
2. Għall-kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u ta’ prodotti dderivati minnhom, ta’ ħuxlief u tiben u ta’ prodotti komposti tagħhom, il-verifiki tal-identità jistgħu jkunu limitati għall-punti (e) u (f) tal-paragrafu 1 f’każijiet meta:
(a) |
il-kunsinni ma jintgħażlux għall-verifiki fiżiċi; |
(b) |
il-kunsinni jkunu tgħabbew f’unitajiet tat-trasport li jkunu magħluqin u msakkrin permezz ta’ siġill; |
(c) |
is-siġilli fuq il-kontenituri jew fuq il-mezz tat-trasport jkunu intatti u ma jkunux tbagħbsu; |
(d) |
is-siġilli fuq il-kontenituri jew fuq il-mezz tat-trasport ikunu tqegħdu mill-awtorità kompetenti li tkun ħarġet iċ-ċertifikat uffiċjali jew taħt is-superviżjoni tagħha; kif ukoll |
(e) |
l-informazzjoni fuq is-siġilli tkun taqbel ma’ dik li hemm fiċ-ċertifikat uffiċjali li jkun mal-kunsinna li hu meħtieġ mir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625. |
3. Għall-kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti sekondarji mill-annimali, ta’ prodotti dderivati minnhom, ta’ ħuxlief u ta’ tiben u prodotti komposti tagħhom, l-għażla ta’ oġġetti individwali jew ta’ pakketti biex isiru l-verifiki fuqhom trid tkun ta’ 1 % tal-oġġetti jew tal-pakketti f’kull kunsinna, b’minimu ta’ żewġ oġġetti jew pakketti u b’massimu ta’ 10. Meta l-awtorità kompetenti ma tkunx tista’ tlesti l-verifika tal-identità mill-oġġetti jew il-pakketti li jkunu ntgħażlu, l-għadd ta’ oġġetti jew pakketti li jiġu vverifikati jista’ jiżdied saħansitra sat-total tal-oġġetti jew tal-pakketti fil-kunsinna, biex jitwettqu verifiki aktar estensivi.
4. Għall-kunsinni tal-annimali, il-verifiki tal-identità għandhom ikunu bbażati fuq ir-regoli li ġejjin:
(a) |
għall-annimali li skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jeħtieġu l-identifikazzjoni individwali, mill-inqas 10 % tal-annimali, b’għadd minimu ta’ 10 annimali, għandhom jintgħażlu mill-kunsinna sabiex jiffurmaw kampjun rappreżentattiv. Meta l-kunsinna jkun fiha inqas minn 10 annimali, il-verifiki tal-identità għandhom jitwettqu fuq kull annimal fil-kunsinna; |
(b) |
għall-annimali li ma jkunux jeħtieġu l-identifikazzjoni individwali skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, għandha tiġi vverifikata l-marka fuq għadd rappreżentattiv ta’ pakketti jew kontenituri; |
(c) |
jekk il-verifiki tal-identità stabbiliti fil-punti (a) u (b) ma jkunux sodisfaċenti, l-għadd ta’ annimali vverifikati għandu jiżdied u jista’ jasal biex jilħaq l-għadd totali tal-annimali fil-kunsinna kkonċernata. |
5. Il-kunsinni għandhom jinħattu parzjalment jew kompletament mill-mezz tat-trasport meta jkun hemm bżonn ta’ aċċess għall-kunsinna kollha biex isiru l-verifiki tal-identità.
Artikolu 4
Regoli dettaljati għall-verifiki fiżiċi
1. Waqt il-verifiki fiżiċi tal-kunsinni ta’ annimali u oġġetti msemmija fl-Artikolu 1, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-kunsinni jikkonformaw mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625 li japplikaw għal annimali jew oġġetti partikolari, u mar-rekwiżiti speċifiċi ddefiniti fiċ-ċertifikati uffiċjali rilevanti, fl-attestazzjonijiet uffiċjali rilevanti u f’dokumenti oħrajn rilevanti.
2. Il-kunsinni għandhom jinħattu parzjalment jew kompletament mill-mezz tat-trasport meta jkun hemm bżonn ta’ aċċess għall-kunsinna kollha biex isiru l-verifiki fiżiċi.
3. Il-verifiki fiżiċi fuq l-annimali għandhom jitwettqu skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
4. Il-verifiki fiżiċi fuq il-prodotti li joriġinaw mill-annimali, fuq il-prodotti ġerminali, fuq il-prodotti sekondarji mill-annimali, fuq il-prodotti dderivati minnhom, fuq il-ħuxlief u t-tiben u l-prodotti komposti tagħhom, u fuq l-ikel u l-għalf ta’ oriġini mhux mill-annimali li jkunu soġġetti għal żieda temporanja fil-kontrolli, għal kundizzjonijiet oħrajn għad-dħul fl-Unjoni u għal miżuri ta’ emerġenza oħrajn previsti fl-atti msemmijin fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 għandhom jitwettqu skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
5. It-testijiet fil-laboratorju għad-detezzjoni ta’ xi perikli fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali, fil-prodotti ġerminali, fil-prodotti sekondarji mill-annimali, fil-prodotti dderivati minnhom, fil-ħuxlief u t-tiben u l-prodotti komposti tagħhom għandhom jitwettqu skont il-pjan ta’ monitoraġġ imsemmi fil-punt 5 tal-Anness II.
6. Il-verifiki fiżiċi fuq il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u fuq oġġetti oħrajn imsemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 u, fejn japplika, soġġetti għall-miżuri ta’ emerġenza previsti fl-atti msemmijin fil-punt (e) tal-Artikolu 47(1) ta’ dak ir-Regolament, għandhom jitwettqu skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
7. Il-kunsinni tal-annimali li ġejjin jistgħu jitqiegħdu fis-suq qabel ma jaslu r-riżultati tat-testijiet imwettqa fil-laboratorju waqt il-verifiki fiżiċi:
(a) |
kunsinni ta’ ungulati li jkunu ttieħdu l-kampjuni minnhom skont ir-rekwiżiti tal-kampjunar imsemmijin fil-Parti III tal-Anness I, meta ma jkunx hemm suspett ta’ periklu immedjat għas-saħħa pubblika jew għas-saħħa tal-annimali minn dawk l-ungulati; kif ukoll |
(b) |
kunsinni ta’ annimali oħrajn imsemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, meta ma jkunx hemm suspett ta’ periklu immedjat għas-saħħa pubblika jew għas-saħħa tal-annimali minn dawk l-annimali. |
8. Il-kunsinni ta’ oġġetti li jkunu ġew ittestjati skont il-pjan ta’ monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 5, li dwarhom ma jkunx hemm suspett ta’ periklu immedjat għas-saħħa pubblika jew għas-saħħa tal-annimali, jistgħu jitqiegħdu fis-suq qabel ma jaslu r-riżultati tat-testijiet li jitwettqu fil-laboratorju.
9. Meta jittieħdu l-kampjuni għall-analiżijiet fil-laboratorju waqt il-verifiki fiżiċi minn kunsinni ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti jew minn kunsinni ta’ oġġetti oħrajn imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 u ma jkunx issuspettat periklu minnhom għas-saħħa tal-pjanti, dawn il-kunsinni jistgħu jitqiegħdu fis-suq qabel ma jaslu r-riżultati tat-testijiet imwettqa fil-laboratorju.
Artikolu 5
Operazzjonijiet li jridu jitwettqu wara l-verifiki tad-dokumenti, il-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi
1. Wara li jitlestew il-verifiki previsti fl-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, l-awtorità kompetenti għandha:
(a) |
tagħlaq u tidentifika b’marka uffiċjali l-pakketti li tkun fetħet biex isiru l-verifiki tal-identità, jew il-verifiki fiżiċi; |
(b) |
fil-każijiet meta jkun meħtieġ mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, tissiġilla l-mezz tat-trasport u ddaħħal in-numru tas-siġill fis-CHED. |
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirreġistraw fis-CHED ir-riżultati kollha tal-analiżijiet, tat-testijiet, jew tad-dijanjożijiet li jkunu saru fil-laboratorju tal-kunsinni li jkunu ġew ittestjati u tqegħdu fis-suq qabel ma jkunu waslu r-riżultati tat-testijiet fil-laboratorju, malli dawn isiru disponibbli.
3. Iċ-ċertifikati jew id-dokumenti uffiċjali oriġinali, jew l-ekwivalenti elettroniċi tagħhom imsemmija fl-Artikolu 50(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 għandhom jinżammu mill-awtorità kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-wasla fl-Unjoni għal mill-inqas tliet snin mid-data li fiha l-kunsinni jkunu ġew awtorizzati li jidħlu fl-Unjoni.
Madankollu, iċ-ċertifikat jew id-dokumenti oriġinali għall-pjanti, għall-prodotti mill-pjanti u għall-oġġetti l-oħra msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 jistgħu jinħażnu bħala informazzjoni elettronika dment li din l-informazzjoni tiġi ġġenerata mill-awtorità kompetenti abbażi taċ-ċertifikat jew tad-dokumenti oriġinali. F’dawn il-każijiet, iċ-ċertifikat jew id-dokument uffiċjali għandhom jiġu żvalidati jew jinqerdu mill-awtorità kompetenti.
4. Meta r-regoli msemmijin fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625 ma jeħtiġux li ċ-ċertifikati jew id-dokumenti oriġinali jiġu ppreżentati lill-awtorità kompetenti jew jinżammu minnha, l-awtorità kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-wasla fl-Unjoni għandha żżomm kopja taċ-ċertifikat jew tad-dokumenti oriġinali msemmijin fl-Artikolu 50(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 f’format stampat jew elettroniku, għal mill-inqas tliet snin mid-data ta’ meta l-kunsinni jkunu ġew awtorizzati li jidħlu fl-Unjoni jew ikunu ġew awtorizzati biex ikomplu l-vjaġġ.
Artikolu 6
Tħassir
1. Ir-Regolament (KE) Nru 282/2004 u d-Deċiżjoni 97/794/KE jitħassru b’effett mill-14 ta’ Diċembru 2019.
2. Ir-Regolament (KE) Nru 136/2004 jitħassar b’effett mill-14 ta’ Diċembru 2019.
Madankollu, l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 għandu jibqa’ japplika sal-20 ta’ April 2021 rigward il-lista tal-pajjiżi li huma awtorizzati u elenkati fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ u d-data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-14 ta’ Diċembru 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 tat-22 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi proċeduri għal kontrolli veterinarji f’postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri tal-Komunità fuq prodotti importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 21, 28.1.2004, p. 11).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 282/2004 tat-18 ta’ Frar 2004 li jintroduċi dokument għad-dikjarazzjoni, u kontroll veterinarju, fuq annimali minn pajjiżi terzi li deħlin fil-Komunità (ĠU L 49, 19.2.2004, p. 11).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/794/KE tat-12 ta’ Novembru 1997 li tistabbilixxi ċerti regoli ddettaljati sabiex tiġi applikata d-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE rigward il-kontrolli veterinarji tal-annimali ħajjin li jridu jiġu importati mill-pajjiżi terzi (ĠU L 323, 26.11.1997, p. 31).
ANNESS I
Regoli dettaljati dwar l-operazzjonijiet li jridu jitwettqu waqt il-verifiki fiżiċi fuq l-annimali msemmijin fl-Artikolu 4(3)
I. Spezzjoni tal-istat tas-saħħa tal-annimali biex isir magħruf jistax jitkompla t-trasport
1. |
Jenħtieġ li ssir valutazzjoni ġenerali tal-annimali kollha permezz ta’ spezzjoni viżiva, biex jiġi vvalutat humiex f’sikkithom biżżejjed biex jitkompla t-trasport. Din il-valutazzjoni tqis it-tul tal-vjaġġ li jkunu diġà għaddew minnu, l-arranġamenti biex jintgħalfu u jingħataw l-ilma, u l-arranġamenti għall-mistrieħ li jkunu saru. Jitqies ukoll it-tul tal-vjaġġ li għadu jrid isir, u l-arranġament biex jintgħalfu u jingħataw l-ilma, u jingħataw il-mistrieħ f’din il-parti tal-vjaġġ. |
2. |
Għandu jiġi vverifikat li l-mezz tat-trasport tal-annimali u r-reġistru tal-vjaġġ jikkonformaw mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 (1). |
II. Eżami kliniku
1. |
L-eżami kliniku tal-annimali għandu jikkonsisti minn spezzjoni viżiva tal-annimali kollha u jinkludi mill-inqas dawn li ġejjin:
|
2. |
Għandu jsir eżami kliniku ta’ 10 % tal-annimali fil-kunsinni ta’ annimali li jkunu maħsuba għat-tnissil jew għall-produzzjoni, u l-għadd minimu ta’ annimali li għandhom jintgħażlu biex jirrappreżentaw il-kunsinna kollha huwa ta’ 10 annimali. Meta l-kunsinna jkun fiha inqas minn 10 annimali, il-verifiki għandhom jitwettqu fuq kull annimal fil-kunsinna. |
3. |
Għandhom jiġu eżaminati klinikament 5 % tal-annimali fil-kunsinni ta’ annimali li jkunu maħsuba għall-qatla, u l-għadd minimu ta’ annimali li għandhom jintgħażlu biex jirrappreżentaw il-kunsinna kollha huwa ta’ ħames annimali. Meta l-kunsinna jkun fiha inqas minn ħames annimali, il-verifiki għandhom jitwettqu fuq kull annimal fil-kunsinna. |
4. |
Jekk il-verifiki fiżiċi ma jkunux taw riżultat sodisfaċenti, l-għadd ta’ annimali li jridu jiġu vverifikati f’konformità mal-punti 2 u 3 għandu jiżdied u jista’ jasal biex jilħaq l-għadd totali tal-annimali fil-kunsinna kkonċernata. |
5. |
L-annimali elenkati hawn taħt ma għandhomx ikunu soġġetti għal eżami kliniku individwali:
|
6. |
Għall-annimali elenkati fil-punt 5, l-eżami kliniku għandu jikkonsisti minn osservazzjoni tal-istat tas-saħħa u tal-imġiba tal-grupp kollu jew ta’ għadd rappreżentattiv tal-annimali. Jekk l-eżami kliniku msemmi hawn fuq juri li jkun hemm xi anomalija, għandu jitwettaq eżami kliniku aktar fil-fond li jinkludi t-teħid ta’ kampjuni, fejn jixraq. |
7. |
Fil-każ tal-ħut, tal-krustaċji u tal-molluski ħajjin, u ta’ annimali li jkunu maħsubin għal ċentri tar-riċerka xjentifika u jkollhom status tas-saħħa speċifiku ċċertifikat, li jiġu ttrasportati f’kontenituri ssiġillati f’kundizzjonijiet ambjentali kkontrollati, għandhom jitwettqu eżami kliniku u kampjunar biss meta jkun meqjus li jeżisti riskju speċifiku minħabba l-ispeċijiet involuti jew minħabba l-oriġini tagħhom, jew inkella f’każ ta’ irregolaritajiet oħra. |
III. Il-proċedura tal-kampjunar tal-ungulati
1. |
Għall-kunsinni ta’ ungulati, il-kampjunar li jkun maħsub biex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa elenkati fiċ-ċertifikati jew fid-dokumenti uffiċjali li jkunu mal-kunsinni, jew fl-ekwivalenti elettroniċi tagħhom, għandu jsir kif ġej:
|
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1).
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/659 tat-12 ta’ April 2018 dwar il-kundizzjonijiet biex jidħlu fl-Unjoni ekwidi ħajjin u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom (ĠU L 110, 30.4.2018, p. 1).
ANNESS II
Regoli dettaljati dwar l-operazzjonijiet li jridu jitwettqu waqt il-verifiki fiżiċi fuq l-oġġetti msemmijin fl-Artikolu 4(4)
1.
L-awtorità kompetenti għandha twettaq il-verifiki fiżiċi biex tivverifika:
(a) |
li l-kundizzjonijiet tat-trasport kienu jiżguraw il-preservazzjoni tajba tal-oġġetti, filwaqt li jitqies għal xiex se jintużaw; |
(b) |
li l-medda tat-temperaturi waqt it-trasport li hi meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni nżammet u ma kienx hemm nuqqasijiet jew interruzzjonijiet fil-katina tat-tkessiħ, billi jiġu eżaminati r-reġistri tal-medda tat-temperaturi waqt it-trasport; |
(c) |
l-integrità tal-materjal tal-imballaġġ. |
2.
L-awtorità kompetenti għandha twettaq il-verifiki fiżiċi biex tivverifika li t-tikketti li juru d-data sa meta jrid jintuża l-oġġett jikkonformaw mar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).L-awtorità kompetenti tista’ twettaq il-verifiki fiżiċi biex tivverifika li t-tikketti jikkonformaw ma’ rekwiżiti oħrajn stabbiliti fir-regoli msemmijin fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625.
3.
L-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-oġġetti jkunu tajbin biex jintużaw għall-iskop li huma maħsubin għalih u li ma nbidlux il-proprjetajiet tagħhom waqt it-trasport, permezz ta’:
(a) |
eżami sensorjali tar-riħa, tal-kulur, tal-konsistenza jew tat-togħma tal-oġġetti; jew |
(b) |
testijiet fiżiċi jew kimiċi sempliċi, billi jinqatgħu l-oġġetti, jitniżżel s-silġ minnhom jew jissajru; jew |
(c) |
testijiet fil-laboratorju. |
4.
Għall-kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti sekondarji mill-annimali, ta’ prodotti dderivati minnhom, ta’ ħuxlief u tiben u prodotti komposti tagħhom, l-awtorità kompetenti għandha twettaq l-operazzjonijiet imsemmijin fil-punt 3 kif ġej:
(a) |
qabel ma jitwettqu l-operazzjonijiet imsemmijin fil-punt 3, għandha tinġabar għażla ta’ oġġetti jew pakketti, jew fil-każ ta’ prodotti bl-ingrossa, kampjuni; |
(b) |
l-għażla tal-kampjuni għall-eżami msemmi fil-punti (a) u (b) tal-punt 3 għandha tkun ta’ 1 % tal-oġġetti jew tal-pakketti f’kunsinna, b’għadd minimu ta’ żewġ oġġetti jew pakketti u b’għadd massimu ta’ 10 oġġetti jew pakketti. Jekk ikun hemm bżonn, l-awtorità kompetenti tista’ żżid l-għadd ta’ oġġetti jew pakketti li jiġu vverifikati biex jitwettqu verifiki aktar estensivi; |
(c) |
it-testijiet imsemmijin fil-punti 3(b) u (c) għandhom jitwettqu fuq medda ta’ kampjuni li jintgħażlu b’mod li jkunu rappreżentattivi tal-kunsinna kollha. |
5.
Għall-fini tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 4(5), l-awtorità kompetenti għandha tiżviluppa pjan ta’ monitoraġġ bil-għan li tissorvelja l-konformità mar-regoli msemmijin fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, u b’mod partikolari biex tidentifika l-perikli billi tindika liema oġġetti jridu jiġu eżaminati u t-testijiet li jridu jsiru, u għandha twettaq it-testijiet fil-laboratorju msemmijin fil-punt 3(c) skont dak il-pjan.Dan il-pjan ta’ monitoraġġ għandu jkun ibbażat fuq ir-riskju, filwaqt li jitqiesu l-parametri rilevanti kollha, bħalma huma n-natura tal-oġġetti, ir-riskju li jirrappreżentaw, il-frekwenza u l-għadd ta’ kunsinni li jidħlu u r-riżultati ta’ monitoraġġ li jkun sar qabel.
6.
Għall-kunsinni tal-ikel u tal-għalf li mhumiex ta’ oriġini mill-annimali li huma soġġetti għall-miżuri previsti fl-atti msemmijin fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, l-awtorità kompetenti għandha twettaq il-verifiki fiżiċi skont ir-regoli li ġejjin:
(a) |
il-verifiki fiżiċi għandhom jinkludu t-testijiet fil-laboratorju skont l-atti msemmijin fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625; |
(b) |
il-verifiki fiżiċi għandhom jitwettqu b’mod li ma jkunx possibbli għall-operaturi tan-negozji tal-ikel u tal-għalf jew għar-rappreżentanti tagħhom jipprevedu liema kunsinna partikolari se tiġi soġġetta għal dawk il-verifiki; |
(c) |
ir-riżultati tal-verifiki fiżiċi għandhom jintbagħtu malli jkun possibbli teknikament; |
(d) |
il-kunsinni li jiġu ttestjati jridu jinżammu f’detenzjoni uffiċjali sakemm jaslu r-riżultati tat-testijiet fil-laboratorju dment li l-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera ma tkunx awtorizzat it-tkomplija tat-trasport sal-post tad-destinazzjoni finali f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2019/2124 (2). |
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2124 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-kontrolli uffiċjali ta’ kunsinni ta’ annimali u oġġetti waqt it-tranżitu, it-trasbord, u t-tkomplija tat-trasport, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008, (KE) Nru 1251/2008, (KE) Nru 119/2009, (UE) Nru 206/2010, (UE) Nru 605/2010, (UE) Nru 142/2011, (UE) Nru 28/2012, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (Ara paġna 73 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS III
Regoli dettaljati dwar l-operazzjonijiet li jridu jitwettqu waqt il-verifiki fiżiċi fuq il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u l-oġġetti l-oħra msemmijin fl-Artikolu 4(6)
1.
L-awtorità kompetenti għandha twettaq il-verifiki fiżiċi tal-kunsinni sħaħ u l-lottijiet sħaħ tagħhom jew fuq kampjuni rappreżentattivi. Il-lottijiet omoġenji fil-kunsinni għandhom jiġu identifikati mill-informazzjoni li tingħata fiċ-ċertifikat fitosanitarju uffiċjali, filwaqt li jitqiesu l-elementi msemmija fil-punt 2.
2.
L-omoġeneità ta’ lott skont it-tifsira tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), għandha tiġi identifikata abbażi tal-elementi li ġejjin, kif ippreżentati fiċ-ċertifikat fitosanitarju uffiċjali:
— |
l-oriġini, |
— |
il-kultivatur, |
— |
il-faċilità tal-ippakkjar, |
— |
it-tip ta’ imballaġġ, |
— |
il-ġeneru, l-ispeċi, il-varjetà jew il-grad ta’ maturità, |
— |
l-esportatur, |
— |
iż-żona tal-produzzjoni, |
— |
il-pesti rregolati u l-karatteristiċi tagħhom, |
— |
it-trattament fil-post tal-oriġini, |
— |
it-tip ta’ proċessar. |
3.
Il-kampjunar ta’ lottijiet minn kunsinna għandu jinkludi l-identifikazzjoni tal-unità indipendenti x-xierqa għall-kampjunar. Fil-każ ta’ ċerti pjanti jew prodotti mill-pjanti, l-unità għandha tiġi identifikata kif ġej:
— |
frott fit-tifsira botanika: frotta waħda, |
— |
fjura maqtugħa: zokk wieħed, |
— |
weraq, ħaxix tal-weraq: werqa waħda, |
— |
tuberi, basal, riżomi: tuberu wieħed, basla waħda, jew riżoma waħda, |
— |
pjanti għat-tħawwil: pjanta waħda, |
— |
friegħi: fergħa waħda, |
— |
injam u qxur tas-siġar: fejn id-determinazzjoni trid issir każ b’każ, u l-iżgħar biċċa ma tridx tkun tiżen inqas minn 1 kg, |
— |
żrieragħ: żerriegħa waħda. |
Meta l-unità ma tkunx tista’ tiġi ddefinita minħabba d-daqs, il-forma jew it-tip ta’ imballaġġ, l-iżgħar unità ta’ imballaġġ għandha tiġi ddefinita bħala l-unità tal-kampjunar.
4.
Il-kampjunar għall-verifiki fiżiċi li jsiru permezz ta’ spezzjoni viżiva għandu jitwettaq skont l-iskemi ta’ kampjunar li ġejjin, skont xi jkunu l-oġġetti u skont kif imniżżel fit-tabella rilevanti tal-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 31 Methodologies for sampling of consignments (ISPM31):
(a) |
pjanti attivi bl-għeruq għat-tħawwil: skema ta’ kampjunar li kapaċi tidentifika b’affidabbiltà ta’ 95 % livell ta’ preżenza ta’ pjanti infettati ta’ 1 % jew iżjed; |
(b) |
pjanti inattivi għat-tħawwil, inklużi t-tuberi, il-basal u r-riżomi: skema ta’ kampjunar li kapaċi tidentifika b’affidabbiltà ta’ 95 % livell ta’ preżenza ta’ pjanti infettati ta’ 2 % jew iżjed; |
(c) |
żrieragħ jew prodotti mill-pjanti li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet speċifiċi elenkati fl-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1756/2004 (2): skema ta’ kampjunar li kapaċi tidentifika b’affidabbiltà ta’ 80 % livell ta’ preżenza ta’ pjanti infettati ta’ 5 % jew iżjed; |
(d) |
biċċiet ta’ pjanti mingħajr għeruq, pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn li ma jidħlux taħt il-punti (a), (b) u (c): skema ta’ kampjunar li kapaċi tidentifika b’affidabbiltà ta’ 95 % livell ta’ preżenza ta’ pjanti infettati ta’ 5 % jew iżjed; |
(e) |
lottijiet ta’ żrieragħ u ħxejjex tal-weraq magħmulin minn 500 unità jew inqas: skema ta’ kampjunar iperġeometrika li kapaċi tidentifika b’affidabbiltà ta’ 95 % livell ta’ preżenza ta’ pjanti infettati ta’ 10 % jew iżjed. |
5.
Kull miżura li titwettaq b’reazzjoni għal nuqqas ta’ konformità għandha tkun marbuta mal-lott li jkun ġie identifikat qabel ma jitwettqu l-verifiki fiżiċi.
6.
Għandu jittieħed għadd minimu ta’ kampjuni għat-testijiet fil-laboratorju għall-identifikatikazzjoni ta’ infezzjonijiet latenti tal-pjanti għat-tħawwil skont analiżi tar-riskji, skont il-kriterji li ġejjin:
(a) |
l-istorja tal-imgħoddi ta’ pajjiż terz tal-oriġini rigward il-livell ta’ pesti tal-kwarantina fl-Unjoni li jkunu ġew interċettati u notifikati mill-Istati Membri skont il-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2016/2031, fosthom il-pesti ta’ prijorità kif iddefiniti fl-Artikolu 6(1) ta’ dak ir-Regolament; |
(b) |
l-okkorrenza ta’ pest ta’ prijorità fil-pajjiż terz tal-oriġini skont l-informazzjoni xjentifika disponibbli; |
(c) |
l-informazzjoni disponibbli permezz tal-IMSOC. |
(1) Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.).
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1756/2004 tal-11 ta’ Ottubru 2004 li jispeċifika l-kundizzjonijiet dettaljati għall-evidenza meħtieġa u l-kriterji għat-tip u l-livell ta’ riduzzjoni tal-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti ta’ ċertu pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra elenkati fil-parti B tal-Anness V għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE ( ĠU L 313, 12.10.2004, p. 6).